STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Bċe jippubblika Regolament Qafas dwar il-MSU

25 ta' April 2014
  • Regolament Qafas li jistabbilixxi l-bażi għax-xogħol tal-MSU wara li jieħu f’idejh il-ħidma ta’ superviżur bankarju

  • Il-BĊE għandu jassumi għalkollox id-dmirijiet superviżorji tiegħu fl-4 ta’ Novembru 2014.

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ippubblika r-Regolament Qafas dwar il-MSU għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). Ir-Regolament Qafas dwar il-MSU jistabbilixxi l-bażi għax-xogħol tal-MSU meta dan isir is-superviżur tal-banek taż-żona tal-euro f’Novembru 2014. Dan hu stadju importanti fit-twaqqif tal-MSU li qed jintlaħaq kif skedat.

L-identifikazzjoni ta’ banek sinifikanti, li se jkunu soġġetti għal superviżjoni diretta mill-BĊE, se ssir skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill dwar il-MSU u kif żviluppata f'iżjed dettall fir-Regolament Qafas dwar il-MSU. Ir-riżultat ta’ dan il-proċess mistenni li jitħabbar f’Settembru.

Ir-Regolament Qafas tal-MSU jirrifletti l-kummenti li waslu mingħand partijiet interessati matul il-konsultazzjoni pubblika. Dawn ir-risposti flimkien mal-Istqarrija dwar ir-Reazzjonijiet u r-Regolament Qafas dwar il-MSU huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE.

Għal mistoqsijiet mill-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Rolf Benders, tel.: +49 69 1344 6925.

Find out more

Kuntatti midja