Il-konsultazzjoni tipproponi tibdil fir-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji, filwaqt li tqis ir-reazzjonijiet li waslu matul l-ewwel konsultazzjoni pubblika dwar din il-kwistjoni fl-2017 kif ukoll matul diskussjonijiet sussegwenti. Ir-rispons wasal mingħand il-pubbliku, il-Bord Superviżorju tal-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
L-emendi proposti għall-qafas tat-tariffi superviżorji tal-BĊE jikkonċernaw prinċipalment iż-żmien u l-metodu tal-kalkolu tat-tariffa għall-banek kollha li huma direttament u indirettament sorveljati mill-BĊE.
Data tal-għeluq biex jintbagħtu l-kummenti: nofsillejl CET fis-6 ta’ Ġunju 2019.
Jiġu kunsidrati biss il-kummenti li jaslu sa din id-data.
Jekk jogħġbok ibgħat il-kummenti tiegħek sa nofsillejl CET fis-6 ta’ Ġunju 2019 billi tuża din il-formola:
Formola tal-konsultazzjoni pubblika
Jekk jogħġbok agħti eżempji jew tagħrif rilevanti kif jixraq.
Il-kummenti pprovduti bl-użu tal-mudelli ta’ hawn fuq biss għandhom jiġu ppubblikati wara l-għeluq ta' din il-konsultazzjoni pubblika.
Ibgħat il-kummenti tiegħek lil: SSMPublicConsultation@ecb.europa.eu
Jekk jogħġbok ikteb “Public consultation on the review of the ECB Regulation on supervisory fees (2019)” fil-linja tas-suġġett.
Ibgħat il-kummenti tiegħek f’dan l-indirizz:
European Central Bank
Secretariat to the Supervisory Board
“Public consultation on the review of the ECB Regulation on supervisory fees (2019)”
60640 Frankfurt am Main
Germany
Meta jintemm il-perjodu ta’ konsultazzjoni, il-kummenti kollha sottomessi bl-użu tal-mudell ta’ hawn fuq jixxandru f’din il-paġna web flimkien ma’ stqarrija bir-reazzjonijiet. Għal dettalji fuq kif se jiġu trattati t-tagħrif personali u l-kontribut tiegħek, jekk jogħġbok ara d-dikjarazzjoni ta’ kunfidenzjalità:
Dikjarazzjoni ta’ privatezza għall-konsultazzjonijiet pubbliċi
Disponibbli bl-Ingliż biss.
Disponibbli bl-Ingliż biss.
Disponibbli bl-Ingliż biss.
Regolament tal-BĊE rivedut dwar tariffi superviżorji - verżjoni kkonsolidata
Disponbbli bl-Ingliż biss.
Konsultazzjoni pubblika fuq ir-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji (2017)