Rieżami superviżorju (SREP)
Is-superviżuri jivvalutaw ir-riskji li jiffaċċjaw il-banek u jivverifikaw li l-banek ikunu mgħammra biex jimmaniġġjaw dawk ir-riskji b’mod xieraq. Din l-attività tissejjaħ il-Proċess Superviżorju ta’ Reviżjoni u Valutazzjoni, jew SREP, u l-għan tagħha huwa li tippermetti li l-profili tar-riskju tal-banek jiġu vvalutati b’mod konsistenti u li jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-miżuri superviżorji meħtieġa.
X’inhu s-SREP?
Kif qed nagħmlu dan is-SREP?
Is-superviżuri jużaw metodoloġija unika u sett ta’ għodod armonizzati biex jivvalutaw il-banek b’mod konsistenti. Huma jiffukaw fuq il-mudelli tan-negozju tal-banek, il-governanza interna, ir-riskji għall-kapital u r-riskji għal-likwidità.
AktarMudell tan-negozju
Is-superviżuri janalizzaw il-mudell tan-negozju ta’ bank biex jifhmu aħjar l-attivitajiet ewlenin u l-oqsma tan-negozju tiegħu, l-ambjent li jopera fih u l-vulnerabbiltajiet ewlenin tiegħu.
AktarGovernanza interna
Is-superviżuri jħarsu mill-qrib lejn kif jitmexxa bank, jeżaminaw il-persuni, il-funzjonijiet, il-korpi ta’ ġestjoni u l-kumitati ewlenin tiegħu.
AktarRiskji għall-kapital
Is-superviżuri jivvalutaw erba’ kategoriji ta’ riskju: riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju tar-rati tal-imgħax fil-portafoll bankarju u r-riskju operattiv.
AktarRiskji għal-likwidità
Is-superviżuri jivverifikaw x’kapaċità jkollu bank biex ikopri ħtiġijiet ad hoc ta’ flus kontanti, ngħidu aħna, fi żminijiet ta’ inċertezza ekonomika meta d-depożitanti għandhom mnejn jiġbdu ħafna iżjed flus mis-soltu.
AktarL-SREP ta' għada
Naħdmu biex inżommu l-akbar banek tal-Ewropa sikuri. Iżda l-ambjent li fih qed nagħmlu dan qed isir aktar kumpless, u qed ifeġġu riskji ġodda. Quddiem dawn l-isfidi, ħadna azzjoni biex inżommu l-proċess tal-SREP effettiv u flessibbli biżżejjed.
Sir af kif qed inbiddlu l-SREP