Il-BĊE jikkalkula l-ispejjeż annwali tal-kompiti superviżorji tiegħu biex jiddefinixxi l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali.
It-tariffa superviżorja annwali ta’ kull bank tikkonsisti minn:
Il-komponent tariffarju minimu jitqies fuq perċentwali fiss tal-ammont totali tat-tariffi annwali tal-banek sinifikanti u inqas sinifikanti.
Komponent tariffarju minimu | |
---|---|
Banek sinifikanti |
Il-perċentwali fissa hija 10% tal-ammont totali tat-tariffi annwali tal-banek sinifikanti u jinqasam indaqs bejn id-debituri tariffarji ta’ din il-kategorija. Għal istituzzjonijiet sinifikanti żgħar b’assi totali ta’ €10 biljun jew inqas fl-ogħla livell ta’ konsolidament, il-komponent tariffarju minimu jitnaqqas bin-nofs. |
Banek inqas sinifikanti |
Il-perċentwali fissa hija 10% tal-ammont totali tat-tariffi annwali tal-banek inqas sinifikanti u jinqasam indaqs bejn id-debituri tariffarji ta’ din il-kategorija. Għal istituzzjonijiet inqas sinifikanti iżgħar b’assi totali ta’ €1 biljun jew inqas fl-ogħla livell ta’ konsolidament, il-komponent tariffarju minimu jitnaqqas bin-nofs. |
Il-komponent tariffarju varjabbli jkopri l-bqija tal-ammont tat-tariffa wara li jitnaqqas il-komponent tariffarju minimu. Din id-differenza tinkludi wkoll l-iskont mogħti lil banek iżgħar f'kull kategorija.
Kull bank iħallas sehem minn dan l-ammont skont l-importanza u l-profil tar-riskju tiegħu. Dan ifisser li banek kbar u b’riskji kbar iħallsu komponent tariffarju varjabbli iżjed għoli.
L-informazzjoni hawn taħt hija pprovduta għal skopijiet indikattivi biss u tista’ tgħinek biss biex tistma t-tariffa tiegħek. Il-BĊE jikkalkula t-tariffa tiegħek fuq il-bażi tal-fatturi tariffarji li tipprovdi, u l-ammont preċiż impost mill-BĊE jiġi ddikjarat fl-avviż tat-tariffa superviżorja annwali tiegħek.
L-istima tat-tariffa ma tistax tkun eżatta għaliex hija bbażata fuq l-ispejjeż mistennija għall-perijodu ta’ ħlas, filwaqt li l-BĊE jimponi t-tariffa fuq l-ispejjeż attwali. Barra minn hekk, minħabba li n-numru medju ta’ banek li fuqhom se tinġabar it-tariffa u l-fatturi tariffarji tagħhom mhux se jkunu magħrufa sakemm it-tariffa tiġi imposta, jintużaw id-debituri tariffarji u l-fatturi tariffarji għas-sena preċedenti.
Barra minn hekk, korrezzjonijiet retroattivi jsiru għat-tariffi meta s-sitwazzjoni ta’ bank tinbidel wara d-data tal-għeluq għall-kalkolu annwali tat-tariffi superviżorji, jew meta dawk il-bidliet ma jkunux ivvalidati mill-awtorità nazzjonali kompetenti sad-data tal-għeluq.
Sabiex tikkalkula t-tariffa superviżorja annwali tiegħek, teħtieġ l-informazzjoni li ġejja.
Biex tistma dan teħtieġ:
Numru medju ta' debituri tariffarji sat-tmiem ta' Lulju 2019 |
Banek sinifikanti |
Banek inqas sinifikanti |
---|---|---|
Debituri tariffarji Nota: In-numru ta' debituri tariffarji huwa differenti min-numru ta' banek taħt superviżjoni. |
112 | 2,440 |
Numru medju ta' debituri tariffarji | Banek sinifikanti |
Banek inqas sinifikanti |
---|---|---|
sal-aħħar ta’ Lulju 2018 | 115 | 2,766 |
sal-aħħar ta’ Lulju 2017 | 119 | 2,916 |
sal-aħħar ta’ Lulju 2016 | 126 | 3,077 |
sal-aħħar ta’ Lulju 2015 | 117 | 3,193 |
sal-aħħar ta’ Lulju 2014 | 115 | 3,191 |
Nota: In-numru ta' debituri tariffarji huwa differenti min-numru ta' banek taħt superviżjoni. |
Biex tistma dan teħtieġ:
Id-data ta' referenza tat-total tal-valuri medji tal-fatturi tariffarji (EUR biljuni) hija l-31 ta' Diċembru 2018 |
Banek sinifikanti |
Banek inqas sinifikanti |
---|---|---|
Attiv totali | 19,573 | 4,415 |
Espożizzjoni totali għar-riskju: | 6,610 | 2,133 |
Id-data ta' referenza tat-total tal-valuri medji tal-fatturi tariffarji (EUR biljuni) hija l-31 ta' Diċembru 2017 |
Banek sinifikanti |
Banek inqas sinifikanti |
---|---|---|
Attiv totali | 19,197 | 4,675 |
Skopertura totali għar-riskju: | 6,382 | 2,180 |
Id-data ta' referenza tat-total tal-valuri medji tal-fatturi tariffarji (EUR biljuni) hija l-31 ta' Diċembru 2016 |
Banek sinifikanti |
Banek inqas sinifikanti |
---|---|---|
Attiv totali | 19,781 | 4,625 |
Skopertura totali għar-riskju: | 6,577 | 2,141 |
Id-data ta' referenza tat-total tal-valuri medji tal-fatturi tariffarji (EUR biljuni) hija l-31 ta' Diċembru 2015 |
Banek sinifikanti |
Banek inqas sinifikanti |
---|---|---|
Attiv totali | 20,233 | 4,469 |
Skopertura totali għar-riskju: | 6,773 | 2,137 |
Id-data ta' referenza tat-total tal-valuri medji tal-fatturi tariffarji (EUR biljuni) hija l-L-Erbgħa, 31 ta' Diċembru 2014 |
Banek sinifikanti |
Banek inqas sinifikanti |
---|---|---|
Attiv totali | 20,527 | 4,669 |
Skopertura totali għar-riskju: | 6,811 | 2,219 |
B'din id-dejta f'idejk, issa tista' tagħmel stima tat-tariffa tiegħek billi tuża l-ekwazzjonijiet fl-eżempji hawn isfel.
Id-dejta tiegħek
Id-dejta tagħna
Komponent tariffarju minimu = (10% * 51,823,349 )/2,440 = 2,123.91
Qabel ma nikkalkulaw il-komponent tariffarju varjabbli, għandna nqisu dawk il-banek li għalihom il-komponent tariffarju minimu tnaqqas bin-nofs, skont kif ġej: €51,823,349 - (2,440 - 1,616) * €2,123.91 - 1,616 * €2,123.91/2 = €48,357,131.56
Komponent tariffarju varjabbli = (50% * 1,600,000,000/4,415,000,000,000 + 50% * 700,000,000/2,133,000,000,000) * 48,357,131.56 = 16,697.17
Tariffa superviżorja annwali = 2,123.91 + 16,697.17 = 18,821.07
Id-dejta tiegħek
Id-dejta tagħna
Komponent tariffarju minimu = (10% * 51,823,349 )/2,440 * 0.5 = 1,061.95
Qabel ma nikkalkulaw il-komponent tariffarju varjabbli, għandna nqisu dawk il-banek li għalihom il-komponent tariffarju minimu tnaqqas bin-nofs, skont kif ġej: 51,823,349 - (2,440 - 1,616) * €2,123.91 - 1,616 * €2,123.91/2 = €48,357,131.56
Komponent tariffarju varjabbli = (50% * 600,000,000/4,415,000,000,000 + 50% * 250,000,000/2,133,000,000,000) * €48,357,131.56 = €6,119.74
Tariffa superviżorja annwali = €1,061.95 + €6,119.74 = €7,181.70
Id-dejta tiegħek
Id-dejta tagħna
Komponent tariffarju minimu = (10% * 524,196,987)/112 = 468,033.02
Qabel ma nikkalkulaw il-komponent tariffarju varjabbli, għandna nqisu dawk il-banek li għalihom il-komponent tariffarju minimu tnaqqas bin-nofs, skont kif ġej: 524,196,987 – (112 - 16) * €468,033.02 - 16 * 468,033.02/2 = €475,521,552.49
Komponent tariffarju varjabbli = (50% * €166,000,000,000/€19,573,000,000,000 + 50% * 55,000,000,000/6,610,000,000,000) * €475,521,552.49 = €3,994,808.31
Tariffa superviżorja annwali = €468,033.02 + €3,994,808.31 = €4,462,841.33