Bħala s-superviżur bankarju Ewropew, il-BĊE jista’ jieħu għadd ta’ deċiżjonijiet superviżorji li huma legalment vinkolanti għall-banek skont il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.
Il-BĊE jista’:
Il-Bord Superviżorju, korp intern tal-BĊE, iħejji l-abbozzi tad-deċiżjonijiet, li mbagħad jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv skont il-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni. Jekk il-Kunsill Governattiv ma joġġezzjonax f’perjodu ta’ żmien definit, id-deċiżjoni titqies li tkun ġiet adottata.
Barra minn hekk, deċiżjonijiet oħra dwar il-qafas ġenerali (e.g. ir-Regolament Qafas tal-MSU) jittieħdu mill-Kunsill Governattiv ’il barra mill-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni.
Biex jiġu evitati konflitti ta’ interess bejn il-politika monetarja u r-responsabbiltajiet superviżorji, il-BĊE jiżgura li l-għanijiet, il-proċessi ta’ kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u l-kompiti jkunu separati. Dan ifisser li l-laqgħat tal-Kunsill Governattiv dwar il-politika monetarja u dawk dwar ir-responsabbiltajiet superviżorji jsiru b’mod separat għalkollox.