Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kwalità tal-assi

Is-superviżjoni bankarja Ewropea tagħti attenzjoni mill-qrib għall-kwalità tal-assi tal-banek, peress li kwalità baxxa tal-assi taffettwa l-kapital tal-banek u għalhekk is-sodizza tagħhom.

Rikonoxximent li jasal tard u ġestjoni dgħajfa tal-kwalità tal-assi li qed tiddeterjora faċilment timla l-karti tal-bilanċ tal-bank b'self improduttiv għal perjodu ta’ żmien pjuttost twil, u b'hekk ikun iktar diffiċli għall-banek li jappoġġjaw klijenti vijabbli u jirfdu rkupru ekonomiku aktar mgħaġġel."

- Andrea Enria, President tal-Bord Superviżorju

X’infissru bi kwalità tal-assi?

Self mogħti lil negozji u unitajiet domestiċi huwa assi għall-banek. L-imgħax li l-banek jaqilgħu fuq dawn l-assi huwa komponent ewlieni tad-dħul u l-profitt tagħhom, u r-riskju li s-self ma jitħallasx lura huwa r-riskju ewlieni tagħhom. Aktar ma jkun għoli dan ir-riskju ta’ kreditu, aktar tkun baxxa l-kwalità tas-self, jew il-“kwalità tal-assi”. Meta l-kwalità tal-assi tagħhom tonqos, il-banek għandhom iżommu aktar kapital biex ikopru r-riskju tal-kreditu relatat u jkollhom provvedimenti ogħla biex jippreparaw għat-telf mistenni.

Kwalità tal-assi

Fi kriżi ekonomika, il-kwalità tal-assi huwa ta’ tħassib ewlieni peress li bosta minn dawk li jissellfu ma jħallsuhx u l-volum ta’ self improduttiv jiżdied. Biex jittaffa t-telf u l-impatt fuq is-sodizza u l-kapaċità tal-banek li jsellfu, il-banek għandhom isegwu kriterji ta’ self solidi f’kull ħin, jimmonitorjaw b’mod attiv il-kwalità tal-assi, u jindirizzaw b’mod proattiv self improduttiv.

Il-kwalità tal-assi fil-ħidma superviżorja

Self improduttiv

Il-banek għandhom jikklassifikaw self bħala improduttiv meta jkun skada għal 90 jum, jew jekk iqisu lil min jissellef mhux probabbli li jħallas lura s-self. Self improduttiv huwa kwistjoni ewlenija li l-banek u s-superviżuri għandhom jindirizzaw.

Kun af aktar

Riskju tal-kreditu: l-aħħar valutazzjonijiet superviżorji

Is-superviżuri jivvalutaw ir-riskji tal-banek għall-kapital kull sena bħala parti mill-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni (SREP). Ir-riskju tal-kreditu huwa element ewlieni ta’ din il-valutazzjoni. Ara l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tas-sena li għaddiet.

Kun af aktar

Miżuri fil-kriżi

Il-banek għandhom rwol kruċjali billi jagħtu spinta lill-ekonomija bis-self li jagħtu. Il-BĊE ħa diversi miżuri ta’ għajnuna biex jiżgura li l-banek jistgħu jkomplu jsellfu lil impriżi u unitajiet domestiċi anki matul il-kriżi tal-koronavirus.

Kun af aktar

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)