Il-BĊE jżomm lista tal-banek sinifikanti kollha taħt is-superviżjoni diretta tiegħu u banek inqas sinifikanti taħt is-superviżjoni indiretta tiegħu.
Il-lista ta’ entitajiet taħt superviżjoni hija aġġornata regolarment u tirrifletti d-deċiżjonijiet kollha dwar is-sinifikanza ta' bank li daħlu fis-seħħ qabel id-data tal-għeluq rilevanti.
Introduzzjoni għal-lista (inkluż l-bażi legali tagħha)
Il-BĊE jirrevedi l-istatus ta’ sinifikanza tal-banek kollha taħt superviżjoni bankarja Ewropea kull sena. Iwettaq ukoll valutazzjonijiet ad hoc matul is-sena kull meta jkun meħtieġ, pereżempju fil-kuntest tal-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet (liċenzjar), l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet, jew meta jseħħu bidliet fl-istruttura ta’ grupp.
Kriterji li jistabbilixxu s-sinifikanza
Ir-reviżjoni annwali tal-2020 irriżultat fil-bidliet li ġejjin fil-lista ta’ entitajiet sinifikanti:
Informazzjoni dettaljata dwar tibdil li jirriżulta mir-reviżjoni annwali
Lil hinn mir-reviżjoni annwali, il-pass tal-Bulgarija u tal-Kroazja biex jissieħbu fis-superviżjoni bankarja Ewropea fl-2020 wassal biex ħames banek Bulgari u tmien banek Kroati jiġu kklassifikati bħala banek sinifikanti ġodda. Barra minn hekk, bidla metodoloġika mmirata biex tevita l-għadd doppju wasslet biex tliet banek jiġu esklużi mil-lista ta’ banek sinifikanti.
Fir-Regolament ta’ Qafas MSU, it-tipi ta’ banek taħt superviżjoni jissejħu: