Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Protezzjoni tad-dejta

Dikjarazzjoni ta’ privatezza għall-ipproċessar tad-dejta personali dwar il-ġbir tat-tariffi

  1. Qafas legali għall-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-Bank Ċentrali Ewropew

    Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jipproċessa dejta personali relatata mal-ġbir tat-tariffi suġġett għal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. (Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, (Regolament 2018/1725) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)).

  2. Il-Bank Ċentrali Ewropew bħala kontrollur tal-ipproċessar ta’ dejta personali

    Il-BĊE huwa l-kontrollur tal-ipproċessar tad-dejta personali dwar il-ġbir tat-tariffi. Id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Korporattivi/Direttorat tal-Finanzi tal-BĊE huwa responsabbli għal dak l-ipproċessar.

  3. Skop tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Bank Ċentrali Ewropew

    Id-dejta personali hija pproċessata biex tiġġestixxi l-komunikazzjoni relatata mat-tariffi superviżorji annwali, jiġifieri, għall-kalkolu u l-ġbir annwali ta’ tariffi superviżorji annwali MSU kif ipprovdut fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 Regolament MSU (Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63)).

  4. Legalità tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta tal-Bank Ċentrali Ewropew

    L-ipproċessar ta’ dejta personali għall-iskop imsemmi fil-punt 3 iktar 'il fuq hu meħtieġ skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2018/1725, flimkien mal-Artikolu 30 tar- ir-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji (Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2014 fuq it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41)(ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23)).

  5. Kategoriji ta’ dejta personali ipproċessata mill-Bank Ċentrali Ewropew

    Il-BĊE jipproċessa d-dejta personali li ġejja:

    • isem sħiħ
    • kariga
    • unità organizzattiva
    • indirizz tal-korrispondenza tan-negozju u l-indirizz tal-email
    • telefown u numru tal-faks tan-negozju
    • firma ta’ persuni awtorizzati
  6. Aċċess għal dejta personali ipproċessata mill-Bank Ċentrali Ewropew

    Id-dejta personali tinħażen f’sistema sigura tal-IT li hija protetta b’password. Numru limitat biss ta’ membri tal-persunal tal-BĊE li għandhom ir-responsabbiltà li jwettqu kompiti meħtieġa biex jiġbru l-ħlasijiet superviżorji annwali jkollhom aċċess għal din is-sistema. Numru limitat ta’ persunal tal-BĊE fil-funzjoni tal-Verifika Interna tal-BĊE li huma involuti f'awditjar jew iwettqu inkjesti speċifiċi relatati mal-ġbir tat-tariffi jistgħu jipproċessaw aktar dejta personali.

    Il-BĊE jaqsam id-dejta personali biss fuq bażi ta’ bżonn li jkun magħruf ma' awtoritajiet kompetenti nazzjonali, awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni u l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni.

  7. Perijodu ta’ żamma

    Il-BĊE jżomm id-dejta sakemm din tkun meħtieġa għall-fini tal-ġbir tat-tariffi annwali superviżorji. B’mod partikolari, id-dejta personali tista’ tiġi amministrata direttament mis-suġġett tad-dejta (il-persuna ta’ kuntatt). Id-dejta għandha: (a) tibqa’ fil-portal onlajn tal-BĊE sakemm il-persuna ta' kuntatt tkun responsabbli għall-ġbir tat-tariffi tal-istituzzjoni tagħha, u (b) tkun aġġornata u mibdula b’informazzjoni ġdida pprovduta mill-persuna ta’ kuntatt. Kull bidla f’dan ir-rigward għandha tkun ikkomunikata lill-BĊE mingħajr dewmien sabiex id-database tiġi aġġornata fil-ħin.

  8. Id-drittijiet tiegħek bħala suġġett tad-dejta

    Int għandek id-dritt ta’ aċċess għad-dejta personali tiegħek u tikkoreġi kwalunkwe dejta li mhijiex eżatta jew mhijiex kompluta. Inti għandek ukoll (b’xi limitazzjonijiet) id-dritt għal dan li ġej:

    • tħassar id-dejta personali tiegħek
    • tillimita jew toġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek f’konformità mal-Artikoli 19, 20 u 23 tar-Regolament (UE) 2018/1725
  9. Informazzjoni tal-Kuntatt f’każ ta’ mistoqsijiet u talbiet

    Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tibgħatilna email fuqSecretariatInbounde-mails@ecb.europa.eu. Għall-mistoqsijiet kollha relatati mal- protezzjoni tad-dejta personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta fl-indirizz dpo@ecb.europa.eu.

    Barra minn hekk, il-BĊE pprovdielkom bħala suġġetti tad-dejta aċċess dirett għad-dejta personali tagħkom maħżuna fis-sistema tal-IT tiegħu permezz tal-portal onlajn wara l-login b’ID tal-utent u password. Is-suġġetti tad-dejta jistgħu fi kwalunkwe ħin jimmodifikaw id-dejta personali tagħhom – ħlief għall-isem tad-debitur tal-ħlas u n-numru tad-debitur tat-tariffa. L-informazzjoni dwar kif timmodifika l-isem tad-debitur tariffarju tinsab fid-dokument FAQ (mistoqsijiet komuni): Kif nista’ nipprovdi d-dettalji tal-kuntatt tad-debitur tariffarju tagħna. Jistgħu jsiru domandi lil SSM-fee-enquiries@ecb.europa.eu.

  10. Biex tikkuntattja l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

    Jekk tikkunsidra li d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 nkisru bħala riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek, int għandek id-dritt li tressaq ilment mal- Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe żmien.

  11. Tibdil f’din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza

    Din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza tista’ tinbidel biex jitqiesu l-iżviluppi legali ġodda.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)