Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Dikjarazzjoni ta’ privatezza għall-konsultazzjonijiet pubbliċi

Qafas legali għall-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-BĊE

Id-dejta personali kollha hija pproċessata skont il-Liġi tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-UE (Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward l-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39–98.)

Kontrollur

Il-kontrollur li jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali huwa l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). L-unità tal-BĊE li tmexxi l-konsultazzjoni pubblika hija responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

Għanijiet u raġunijiet legali għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek

L-għan tal-konsultazzjoni pubblika huwa li jiġu rċevuti l-opinjonijiet tal-partijiet interessati affettwati u li jiġu ppubblikati dawn l-opinjonijiet fuq il-websajt tal-BĊE.

B'mod partikolari, id-dejta personali tiegħek tinġabar u tiġi pproċessata għall-għanijiet li ġejjin:

  1. Organizzazzjoni u ġestjoni ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi

    Int mitlub tidentifika lilek innifsek, l-organizzazzjoni li f'isimha qed tirrispondi u d-dettalji tal-kuntatt tiegħek għall-finijiet ta’ organizzazzjoni u ġestjoni tal-konsultazzjoni pubblika. Kontribuzzjonijiet anonimi, fil-prinċipju, ma jiġux ikkunsidrati u l-kontenut tagħhom ma jiġix ippubblikat.

    Il-bażijiet legali għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek għall-finijiet amministrattivi msemmija hawn fuq huma: L-Artikolu 5.1 (a) tar-Regolament (UE) 2018/1725 flimkien mal-Artikoli 5 u 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u l-Artikoli 282 sa 284 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, u skont Artikolu 1 u l-Artikolu 11 tat-TUE.

  2. Pubblikazzjoni ta’ dettalji personali tal-kontributuri fuq il-websajt tal-BĊE

    Il-pubblikazzjoni tad-dejta personali tal-kontributuri (jiġifieri l-isem, id-dettalji tal-kuntatt) fuq il-websajt tal-BĊE hija volontarja abbażi tal-Artikolu 5.1 (d) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-kontributuri jistgħu jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin mingħajr konsegwenzi negattivi billi jikkuntattjaw SecretariatInbounde-mails@ecb.europa.eu. L-ipproċessar fil-futur tad-dejta personali tagħhom tieqaf ladarba jkunu rtiraw il-kunsens tagħhom, imma l-ipproċessar preċedenti jibqa’ legali. Jekk il-kontributuri jagħżlu li joħorġu mill-pubblikazzjoni tad-dejta personali tagħhom fuq il-websajt tal-BĊE, il-kontribuzzjoni tagħhom tkun ippubblikata f'forma anonima.

    Barra minn hekk, dokumenti sottomessi fil-kuntest ta’ konsultazzjoni pubblika, bħal dokumenti ta' pożizzjoni jew dokumenti ta’ sfond, ser jiġu ppubblikati kif jaslu. Il-kontributuri għandhom għalhekk joqogħdu lura milli jinkludu dejta personali fid-dokumenti sottomessi jekk jixtiequ jżommu pubblikazzjoni anonima.

Riċeventi ta’ dejta personali

Ir-riċeventi tad-dejta personali huma

  • Membru(i) tal-persunal tal-BĊE assenjat(i) tad-dipartiment / diviżjoni / direttorat relevanti responsabbli għat-tnedija tal-konsultazzjoni
  • Membri oħra tal-persunal tal-BĊE dedikati li jipprovdu opinjonijiet u pariri f’każijiet speċifiċi li jittrattaw konsultazzjonijiet pubbliċi, bħal pereżempju s-Servizzi Legali
  • Il-pubbliku ġenerali, jekk il-kontribuzzjoni li jkun fiha dejta personali (jiġifieri l-isem, il-kunjom) hija ppubblikata fuq il-websajt tal-BĊE

Żmien ta’ żamma

Id-dejta personali tinżamm sakemm ikunu meħtieġa azzjonijiet ta’ segwitu għall-konsultazzjoni fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali.

Sommarju bi tweġibiet anonimi huwa ppubblikat fuq il-websajt tal-BĊE u jibqa’ hemm indefinittivament.

Id-drittijiet tiegħek

Int għandu jkollok id-dritt ta’ aċċess tad-dejta personali tiegħek u tikkoreġi kwalunkwe dejta li mhijiex eżatta jew mhijiex kompluta. Għandek ukoll (b'xi limitazzjonijiet) id-drittijiet li tħassar id-dejta personali tiegħek, li tirrestrinġi jew toġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattjana fuqSecretariatInbounde-mails@ecb.europa.eu.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, tista' tindirizza wkoll lill-Kontrollur tal-BĊE għall-Protezzjoni tad-Dejta (dpo@ecb.europa.eu).

Rimedju

Jekk tikkunsidra li d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 nkisru bħala riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek, int għandek id-dritt li tressaq ilment mal- Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe żmien.

Tibdil f’din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza tista’ tinbidel biex jitqiesu l-iżviluppi legali ġodda.

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)