Il-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Valutazzjoni fl-2018
L-għan tal-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Valutazzjoni (SREP) hu li jippromwovi sistema bankarja li tiflaħ għall-iskossi bħala prerekwiżit għal finanzjament sostenibbli u solidu tal-ekonomija.
L-SREP jinvolvi valutazzjoni komprensiva tal-istrateġiji, il-proċessi u r-riskji tal-banek, u jagħti ħarsa 'l quddiem biex jiddetermina kemm kapital jeħtieġ kull bank biex ikopri r-riskji tiegħu.