Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Proporzjon tal-Ingranaġġ tar-Rekwiżit tal-Pilastru 2

Il-proporzjon tal-ingranaġġ ta’ bank huwa kkalkulat billi jiġi diviż il-kapital tal-Grad 1 bil-miżura ta’ skopertura totali tal-proporzjon tal-ingranaġġ tiegħu, li jinkludi l-assi tiegħu u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, irrispettivament minn kemm ikunu riskjużi. Peress li l-proporzjon tal-ingranaġġ mhuwiex ibbażat fuq ir-riskju, ir-rekwiżit tal-proporzjon tal-ingranaġġ ta’ 3 % - li sar vinkolanti għall-banek kollha fit-28 ta’ Ġunju 2021 - iservi bħala garanzija sempliċi għar-rekwiżiti tal-kapital imwieżna skont ir-riskju.

Jekk is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tiddetermina li bank taħt superviżjoni għandu riskju elevat ta’ ingranaġġ eċċessiv, dak il-bank jista’ jkun soġġett għal rekwiżit tal-Pilastru 2 fir-rigward tal-proporzjon tal-ingranaġġ, flimkien mar-rekwiżit ta’ 3%. Dan huwa maħsub biex jaqbad ir-riskju ta’ ingranaġġ kontinġenti li joriġina minn bank li juża b’mod estensiv derivattivi, tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u partiti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, kif ukoll li jidħol f’arbitraġġ regolatorju u jipprovdi appoġġ permezz ta' intervent. 

Bħar-rekwiżit tal-Pilastru 2, ir-rekwiżit tal-proporzjon tal-ingranaġġ tal-Pilastru 2 huwa legalment vinkolanti, li jfisser li jekk il-banek jonqsu milli jikkonformaw miegħu jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri superviżorji, inklużi sanzjonijiet. Minbarra li jikkonformaw mar-rekwiżit tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-Pilastru 2, il-banek huma mistennija jsegwu l-gwida tal-Pilastru 2 dwar il-proporzjon ta’ ingranaġġ maħruġa mill-BĊE.

Il-BĊE ilu jivvaluta r-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv fost il-banek taħt superviżjoni mill-2022. Sal-lum, huwa ma imponiex rekwiżit tal-proporzjon tal-ingranaġġ tal-Pilastru 2 fuq xi bank taħt is-superviżjoni diretta tiegħu, iżda xi banek kienu soġġetti għal miżuri kwalitattivi.

Proporzjon ta' ingranaġġ impost mill-Pilastru 2

Xi banek kienu soġġetti wkoll għal miżuri kwalitattivi.

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)