Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Dikjarazzjoni tal-għanijiet tal-MSU

Il-Bank Ċentrali Ewropew iwettaq il-kompiti superviżorji tiegħu fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), magħmul mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa responsabbli għall-funzjonament effikaċi u konsistenti tal-MSU biex iwettaq superviżjoni bankarja intrużiva u effettiva li tikkontribwixxi għas-sigurtà u s-saħħa tas-sistema bankarja u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

Sabiex nilħqu l-għanijiet tagħna, aħna fil-MSU nagħtu importanza kbira lill-kredibbiltà u r-responsabbiltà. Meta nwettqu l-kompiti tagħna aħna nkunu trasparenti filwaqt li nosservaw għalkollox ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli. Naħdmu biex ikollna komunikazzjoni effikaċi maċ-ċittadini tal-Ewropa. Aħna nimpenjaw ruħna li mmexxu r-relazzjonijiet tagħna mal-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali bi qbil sħiħ mal-liġi rilevanti u b’rispett xieraq għall-prinċipju tal-indipendenza.

Aħna niżviluppaw metodu superviżorju li jilħaq l-ogħla standards internazzjonali. Se nimplimentaw il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar is-superviżjoni prudenzjali tal-banek b’mod koerenti u effettiv, skont qafas tal-aqwa prattika għal superviżjoni indipendenti li tħares ’il quddiem u li tkun ibbażata fuq ir-riskju. Aħna nirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-għaqda u l-integrità tas-suq intern u l-interessi tal-pubbliku. Nosservaw il-governanza tajba u nwettqu l-kompiti tagħna fi spirtu ta’ kooperazzjoni u ħidma flimkien.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)