Il-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni

Is-superviżuri jivvalutaw ir-riskji li jiffaċċjaw il-banek u jiċċekkjaw li l-banek ikunu mgħammra biex jimmaniġġjaw dawk ir-riskji kif suppost. Din l-attività tissejjaħ il-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni, jew SREP, u l-għan tagħha hu li tippermetti li l-profili tar-riskju tal-banek jiġu valutati b'mod konsistenti u li jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-miżuri superviżorji meħtieġa.

Riżultati SREP

Riżultati aggregati SREP 2019

Darba fis-sena nippubblikaw sommarju tar-riżultati tas-SREP għall-banek kollha li nissorveljaw direttament.

Rekwiżit Pilastru 2 (P2R)

Aħna nispeċifikaw kemm jeħtieġ kapital kull bank taħt sorveljanza biex ikopri r-riskji li jiffaċċja.

Riżultati SREP tal-imgħoddi

Ilna nippubblikaw ir-riżultati SREP kull sena mill-2015.


Kif namlugħ is-SREP?

Metodoloġija SREP

Is-superviżuri jużaw metodoloġija waħda u sett ta’ għodod armonizzati biex jivvalutaw il-banek fiż-żona tal-euro kollha b'mod konsistenti. Huma jiffokaw fuq l-oqsma li ġejjin:

Mudell tan-negozju

Is-superviżuri janalizzaw il-mudell tan-negozju ta’ bank biex jifhmu aħjar l-attivitajiet ewlenin u l-oqsma tan-negozju tiegħu, l-ambjent li fih jopera u l-vulnerabbiltajiet ewlenin tiegħu.

Governanza interna

Is-superviżuri jħarsu mill-qrib lejn kif jitmexxa bank, jeżaminaw il-persuni, il-funzjonijiet, il-korpi maniġerjali u l-kumitati ewlenin tiegħu.

Riskji għall-kapital

Is-superviżuri jivvalutaw erba’ kategoriji ta’ riskju: riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju tar-rata tal-imgħax fil-kont tal-attività bankarja u riskju operazzjonali.

Riskji għal-likwidità

Is-superviżuri jivverifikaw x’kapaċità jkollu bank biex ikopri ħtiġijiet ad hoc ta’ flus, ngħidu aħna, fi żminijiet ta’ inċertezza ekonomika meta d-depożitanti għandhom mnejn jiġbdu ħafna iżjed flus mis-soltu.


Fuq xiex hu bbażat is-SREP?

Testijiet tal-istress

Is-superviżuri jużaw testijiet tal-istress biex jidentifikaw u jindirizzaw il-vulnerabilitajiet tal-banek kmieni fil-proċess SREP.

Prijoritajiet superviżorji

Kull sena s-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tistabbilixxi l-prijoritajiet superviżorji tagħha li fuqhom jiġi bbażat is-SREP fis-sena li jmiss.

Valutazzjoni tar-riskju

Kull sena s-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tidentifika u tivvaluta r-riskji li jiffaċċjaw il-banek biex tiddetermina oqsma ta’ fokus għas-SREP.