Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Annwali

Il-BĊE jippubblika rapport annwali dwar kif wettaq il-kompiti superviżorji tiegħu. Ir-rapport normalment jiġi ppubblikat f’Marzu tas-sena ta’ wara u jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew mill-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE waqt seduta pubblika.

2023

IĊ-ĊIFRI EWLENIN

15.6%

Proporzjon CET1

B’mod ġenerali, il-banek huma kapitalizzati tajjeb b’pożizzjonijiet kapitali u ta’ likwidità robusti. Il-proporzjon tal-kapital tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 (CET1) tal-banek irritorna għall-massimi storiċi li kien hemm fl-2021, li kienu 15.6% fit-tielet kwart tal-2023.

Aktar dwar ir-reżiljenza tal-banek
10.0%

RoE

Fit-tielet kwart tal-2023, ir-redditu fuq l-ishma minn sena għal sena annwalizzat aggregat tal-banek kien ta’ 10%, ogħla milli kien sena qabel meta kien 7.6%. Il-marġnijiet tal-imgħax nett kienu l-ixprun ewlieni tal-profittabbiltà fl-2022 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2023.

Aktar dwar il-prestazzjoni tal-banek
2,403

Deċiżjonijiet superviżorji

Il-Bord Superviżorju ħa 2,403 deċiżjoni superviżorja fl-2023. Il-parti l-kbira tagħhom kienu relatati ma’ valutazzjonijiet kompetenti u adatti (48.4%), fondi proprji (9.6%), setgħat nazzjonali (7.9%), mudelli interni (7.7%), il-Proċess Superviżorju ta’ Reviżjoni u Valutazzjoni (4.7%) u rapportar ad hoc (4.7%).

Aktar dwar it-teħid ta’ deċiżjonijiet

Preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew

Aqra l-istqarrija introduttorja li l-President tal-Bord Superviżorju Claudia Buch tat lill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji meta ppreżentat ir-Rapport Annwali.

Aqra l-istqarrija introduttorja

Rapport sħiħ

Ħares lura lejn dak li s-superviżjoni bankarja tal-BĊE għamlet matul l-aħħar sena.

Aqra r-rapport sħiħ

Obbligi tar-rappurtar

Il-BĊE jissottometti r-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet superviżorji lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Grupp tal-Euro, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi taż-żona tal-euro.

Aqra aktar
ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

WEBCASTS

Il-President tal-Bord Superviżorju jidher regolarment quddiem il-Parlament Ewropew.

Seduti fil-Parlament Ewropew

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)