EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017O0009R(01)

Rettifika għal-Linja Gwida (UE) 2017/697 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' April 2017 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta' istituzzjonijiet inqas sinifikanti (BĊE/2017/9) (ĠU L 101, 13.4.2017)

OJ L 60, 2.3.2018, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2017/697/corrigendum/2018-03-02/oj

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/56


Rettifika għal-Linja Gwida (UE) 2017/697 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' April 2017 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta' istituzzjonijiet inqas sinifikanti (BĊE/2017/9)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 101 tat-13 ta' April 2017 )

Fil-paġna 157, il-premessa 7,

minflok:

“(7)

Opzjonijiet u diskrezzjonijiet fir-rigward tal-eżenzjoni ta' skoperturi mill-applikazzjoni ta' limiti ta' skopertura kbar stabbiliti fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu applikati b'mod konsistenti kemm għal istituzzjonijiet sinifikanti u istituzzjonijiet inqas sinifikanti sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri parteċipanti, sabiex jiġu limitati r-riskji ta' konċentrazzjoni li ġejjin minn skoperturi speċifiċi u biex jiġi żgurat li l-istess standards minimi jiġu applikati fl-MSU għall-valutazzjoni ta' konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 400(3) tal-istess Regolament. B'mod partikolari, riskji ta' konċentrazzjoni li jinħolqu minn bonds koperti li jaqgħu fi ħdan it-termini tal-Artikolu 129(1), (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skoperturi lejn jew iggarantiti minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri, fejn dawk il-krediti jingħataw piż ta' riskju ta' 20 % taħt il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu limitati. Għal skoperturi intragrupp, inklużi parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' investimenti, għandu jiġi żgurat li d-deċiżjoni biex dawn l-iskoperturi jkunu eżenti għal kollox mill-applikazzjoni ta' limiti ta' skoperturi kbar tkun ibbażata fuq evalwazzjoni fil-fond kif speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/445 (BĊE/2016/4). Hija ġġustifikata l-applikazzjoni ta' kriterji komuni għall-valutazzjoni ta' jekk skopertura, inklużi parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' investimenti, għal instituzzjonijiet ta' kreditu reġjonali jew ċentrali li magħhom hija assoċjata istituzzjoni ta' kreditu f'netwerk skont id-dispożizzjonijiet legali jew statutorji u li huma responsabbli, taħt dawk id-dispożizzjonijiet, għal operazzjonijiet tal-ikklerjar tal-flus fi ħdan in-netwerk, tissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mil-limiti tal' skopertura kbira kif speċifikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/445 (BĊE/2016/4). Applikazzjoni bħal dik tiżgura li istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti assoċjati fl-istess netwerk jiġu ttrattati b'mod konsistenti. Il-mod kif tiġi eżerċitata l-opzjoni pprovduta fl-Artikolu 400(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif stabbilit f'din il-Linja Gwida għandu japplika biss jekk l-Istat Membru relevanti ma jkunx eżerċita l-opzjoni pprovduta fl-Artikolu 493(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”,

aqra:

“(7)

Opzjonijiet u diskrezzjonijiet fir-rigward tal-eżenzjoni ta' skoperturi mill-applikazzjoni ta' limiti ta' skopertura kbar stabbiliti fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu applikati b'mod konsistenti kemm għal istituzzjonijiet sinifikanti u istituzzjonijiet inqas sinifikanti sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri parteċipanti, sabiex jiġu limitati r-riskji ta' konċentrazzjoni li ġejjin minn skoperturi speċifiċi u biex jiġi żgurat li l-istess standards minimi jiġu applikati fl-MSU għall-valutazzjoni ta' konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 400(3) tal-istess Regolament. B'mod partikolari, riskji ta' konċentrazzjoni li jinħolqu minn bonds koperti li jaqgħu fi ħdan it-termini tal-Artikolu 129(1), (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skoperturi lejn jew iggarantiti minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri, fejn dawk il-krediti jingħataw piż ta' riskju ta' 20 % taħt il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu limitati. Hija ġġustifikata l-applikazzjoni ta' kriterji komuni għall-valutazzjoni ta' jekk skopertura, inklużi parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' investimenti, għal instituzzjonijiet ta' kreditu reġjonali jew ċentrali li magħhom hija assoċjata istituzzjoni ta' kreditu f'netwerk skont id-dispożizzjonijiet legali jew statutorji u li huma responsabbli, taħt dawk id-dispożizzjonijiet, għal operazzjonijiet tal-ikklerjar tal-flus fi ħdan in-netwerk, tissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mil-limiti ta' skopertura kbira kif speċifikat fl-Anness ta' din il-Linja Gwida. Applikazzjoni bħal dik tiżgura li istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti assoċjati fl-istess netwerk jiġu ttrattati b'mod konsistenti. Il-mod kif tiġi eżerċitata l-opzjoni pprovduta fl-Artikolu 400(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif stabbilit f'din il-Linja Gwida għandu japplika biss jekk l-Istat Membru relevanti ma jkunx eżerċita l-opzjoni pprovduta fl-Artikolu 493(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”


Top