EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017HB0010
Recommendation of the European Central Bank of 4 April 2017 on common specifications for the exercise of some options and discretions available in Union law by national competent authorities in relation to less significant institutions (ECB/2017/10)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2017 dwar speċifikazzjonijiet komuni għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti (BĊE/2017/10)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2017 dwar speċifikazzjonijiet komuni għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti (BĊE/2017/10)
OJ C 120, 13.4.2017, p. 2–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/2 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta’ April 2017
dwar speċifikazzjonijiet komuni għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti
(BĊE/2017/10)
(2017/C 120/02)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u 6(1) u 5(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa responsabbli għall-funzjonament effettiv u konsistenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). Huwa jissorvelja l-funzjonament tas-sistema biex jiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ standards għoljin ta’ superviżjoni u l-konsistenza ta’ eżiti superviżorji fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti. |
(2) |
Il-BĊE għandu jiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ġewwa l-Istati Membri parteċipanti skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (2). |
(3) |
Bħala l-awtorità kompetenti biex tagħmel hekk bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma kklassifikati bħala sinifikanti, il-BĊE eżerċita numru ta’ opzjonijiet u diskrezzjonijiet, li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2016/4) (3). Barra minn dan, fil-gwida tiegħu ta’ Novembru 2016 dwar opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fid-dritt tal-Unjoni (iktar ‘il quddiem il-“Gwida BĊE”), il-BĊE jistabbilixxi sett komuni ta’ speċifikazzjonijiet għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati każ b’każ ċerti opzjonijiet oħrajn wara l-valutazzjoni individwali ta’ applikazzjonijiet mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 kif ukoll skont il-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014. |
(4) |
Sabiex jitrawwem approċċ superviżorju komuni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) meta jivvalutaw il-mod individwali kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet, il-BĊE jista’ jadotta, bis-saħħa tal- Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, rakkomandazzjoni fuq l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet minn istituzzjonijiet inqas sinifikanti. |
(5) |
Hemm bżonn ta’ sett komuni ta’ speċifikazzjonijiet għall-eżerċitar individwali ta’ opzjonijiet u diskrezzjonijiet, minn naħa, sabiex jiġu mħeġġa l-konsistenza, l-effettività u t-trasparenza fis-superviżjoni ta’ istituzzjoni inqas sinifikanti fl-MSU u, min-naħa l-oħra, sabiex jitrawwem, meta jkun meħtieġ, trattament ugwali ta’ istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti kif ukoll kundizzjonijiet indaqs għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw. Fl-istess ħin, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-aspettattivi leġittimi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu sorveljati għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. |
(6) |
Għal dan il-għan il-BĊE identifika ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet fost dawk inklużi fil-Gwida BĊE li jkunu xierqa li jiġu eżerċitati b’mod identiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet sinifikanti u istituzzjonijiet inqas sinifikanti. Il-BĊE identifika wkoll opzjonijiet oħrajn, fosthom żewġ opzjonijiet u diskrezzjonijiet ta’ natura ġenerali pprovduti fl-Artikolu 380 u l-Artikolu 420(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li huwa jirrakkommanda li għandhom jiġu eżerċitati permezz ta’ approċċ speċifiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti. |
(7) |
Fir-rigward tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet relatati mas-superviżjoni konsolidata u eżenzjonijiet ta’ rekwiżiti prudenzjali, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet li hemm fil-Kapitolu 1 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, l-ANK għandhom jiġu mħeġġa jadottaw approċċ prudenti meta jagħtu dawk l- eżenzjonijiet fuq bażi individwali. Fir-rigward ta’ eżenzjonijiet ta’ likwidità fil-livell transkonfinali, il-BĊE jirrakkomanda approċċ speċifiku għall-istituzzjonijiet inqas sinifikanti peress li mhux l-ispeċifikazzjonijiet kollha għall-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet inklużi fil-Gwida BĊE huma rilevanti għal dawn l-istituzzjonijiet. |
(8) |
Għandu jkun hemm approċċ konsistenti u prudenti fi ħdan l-MSU dwar l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet relatati mal-fondi proprji u r-rekwiżiti kapitali, kif stabbiliti fil-Kapitoli 2 u 3 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, peress li dawn id-deċiżjonijiet superviżorji għandhom impatt fuq l-ammont ta’ fondi proprji disponibbli u l-kwalità tagħhom. L-istess japplika għall-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2 jew interessi minoritarji li jistgħu jkunu inklużi f’fondi proprji eliġibbli taħt ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali, l-approċċ standardizzat, l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna, il-metodu tal-mudell intern u l-approċċ tal-mudell intern għall-kalkolu ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fi ħdan l-MSU. Għal dan l-iskop ukoll, il-valutazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) biex titħalla l-applikazzjoni ta’ piż ta’ riskju ta’ perċentwal żero għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi intragrupp għandhom ikunu bbażati fuq sett komuni ta’ speċifikazzjonijiet. Madankollu, il-BĊE identifika ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet relatati mal-fondi proprji u rekwiżiti kapitali li għalihom huwa meħtieġ approċċ speċifiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti. |
(9) |
Għal opzjonijiet u diskrezzjonijiet dwar istituzzjonijiet li daħlu fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, l-użu ta’ sett komuni ta’ speċifikazzjonijiet għall-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal eżenzjonijiet prudenzjali, kif speċifikat fil-Kapitolu 4 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, huwa rrakkomandat sabiex tinkiseb konsistenza superviżorja, peress li skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali tipikament jinkludu istituzzjonijiet kemm sinifikanti kif ukoll inqas sinifikanti. Madankollu, fir-rigward ta’ investimenti f’istituzzjonijiet li jidħlu fl-iskemi ta’ protezzjoni istituzzjonali taħt l-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat approċċ speċifiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqsilhom il-piż amministrattiv. |
(10) |
Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ skoperturi kbar, l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 5 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE fir-rigward ta’ istituzzjonijiet sinifikanti għandhom jittieħdu wkoll f’relazzjoni mal-istituzzjonijiet inqas sinifikanti biex irawmu trattament prudenzjali ta’ skoperturi kbar għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fl-MSU sabiex ir-riskji ta’ konċentrazzjoni jiġu ġestiti b’mod adegwat u limitat. |
(11) |
Il-BĊE jirrakkomanda approċċ konsistenti u prudenti fir-rigward ta’ opzjonijiet u diskrezzjonijiet relatati mar-rekwiżiti ta’ likwidità, kif stabbilit fil-Kapitolu 6 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, billi dawn l-opzjonijiet u diskrezzjonijiet għandhom impatt fuq il-kalkolu tar-rekwiżiti tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità, pereżempju billi jiġi speċifikat t-trattament ta’ flussi ‘l ġewwa u ‘l barra speċifiċi. Fir-rigward tar-rati ta’ fluss ‘il barra bħall-prodotti relatati barra l-karta tal-bilanċ tal-finanzjament tal-kummerċ, l-ANK jistgħu japplikaw rata ta’ fluss ‘il barra taħt il-5 % jekk ir-rata ta’ fluss ‘il barra applikabbli tkun ġiet ikkalibrata fuq il-bażi ta’ evidenza statistika. |
(12) |
Fir-rigward tal-eżerċitar tal-eżenzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali speċifikat fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (5), l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 8 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE huwa rrakkomandat fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali. |
(13) |
Fir-rigward tal-opzjonijiet u diskrezzjonijiet relatati mal-arranġamenti ta’ governanza u superviżjoni prudenzjali, approċċ prudenti u konsistenti, kif stabbilit fil-Kapitolu 11 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, huwa rrakkomandat li jiġi promoss li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha jkunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ governanza xierqa. Madankollu, approċċ speċifiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti dwar il-kombinament ta’ kumitat ta’ riskju u kumitat ta’ verifika huwa kkunsidrat xieraq fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
(14) |
Barra minn hekk, din ir-Rakkomandazzjoni tkopri opzjonijiet u diskrezzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, billi trid tiġi żgurata kooperazzjoni bla xkiel fi ħdan l-MSU. |
(15) |
Fir-rigward tal-ftehim bilaterali dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri li ma jipparteċipawx skont l-Artikolu 115(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, huwa meħtieġ approċċ speċifiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti billi din l-opzjoni hija disponibbli għall-awtorità kompetenti li hija responsabbli għall-awtorizzazzjonijiet. Skont l-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE huwa kompetenti esklussivament fl-MSU biex jawtorizza istituzzjoni ta’ kreditu u biex jirtira awtorizzazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, u għalhekk għandu jkun involut biex jistabbilixxi ftehim bilaterali fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri li ma jipparteċipawx. |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
L-EWWEL PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
I.
1. Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi l-prinċipji għall-eżerċitar mill-ANK ta’ ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fid-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti.
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2013/36/UE, u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (6).
IT-TIENI PARTI
OPTIONIJIET U DISKREZZJONIJIET LI GĦALIHOM HU RAKKOMANDAT APPROĊĊ SPEĊIFIKU GĦAL ISTITUZZJONIJIET INQAS SINIFIKANTI
II.
Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti prudenzjali
1. Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjonijiet ta’ likwidità fil-livell transkonfinali
Meta jeżaminaw applikazzjonijiet għall- eżenzjonijiet ta’ likwidità fil-livell transkonfinali, l-ANK għandhom jivvalutaw il-konformità mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ valutazzjoni stipulati fit-Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 4 tal-Gwida tal-BĊE bl-eċċezzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-ittra (b) tal-Artikolu 8(3).
III.
Rekwiżiti ta’ kapital
1. Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: skoperturi fil-forma ta’ bonds skoperti
Fir-rigward tal-iskoperturi fil-forma ta’ bonds skoperti, ANK għandha tikkoordina mal-BĊE dwar il-valutazzjoni tal-problemi ta’ konċentrazzjoni potenzjali sinifikanti fl-Istati Membri parteċipanti kkonċernati, qabel ma jiddeċiedu jekk jeżentawx parzjalment l-applikazzjoni tal-Artikolu 129(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jippermettux il-grad 2 tal-Kwalità ta’ Kreditu sa 10 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ ħruġ.
2. Artikolu 311(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: trattament ta’ skoperturi għal kontropartijiet ċentrali
2.1. |
ANK għandha tippermetti lil istituzzjoni ta’ kreditu tapplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 310 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-iskoperturi tan-negozju tagħha u kontribuzzjonijiet ta’ fond tal-inadempjenza lil kontroparti ċentrali fejn dik il-kontroparti ċentrali tkun innotifikat lill-istituzzjoni ta’ kreditu li ma baqgħetx tikkalkula l-KCCP (kapital ipotetiku) kif ipprovdut fl-Artikolu 311(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
2.2. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 2.1 meta tiġi vvalutata l-validità tar-raġunijiet għaliex il-kontroparti ċentrali waqfet tikkalkula l-KCCP (kapital ipotetiku), l-ANK għandhom japplikaw il-konklużjonijiet li wasal għalihom il-BĊE fir-rigward tal-istess kontroparti ċentrali fil-verifika tagħha tar-raġunijiet. |
3. Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjoni fil-każ ta’ ħsara fis-sistema
3.1. |
Meta sseħħ ħsara fis-sistema kollha skont it-tifsira tal-Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ikkonfermat minn dikjarazzjoni pubblika tal-BĊE, u sakemm il-BĊE joħroġ stqarrija pubblika li s-sitwazzjoni msemmija hemmhekk ġiet irrettifikata, il-BĊE għandu jivvaluta dik il-ħsara u l-ANK għandhom japplikaw il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-BĊE u jużaw l-opzjoni maħsuba fl-Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’dak il-każ:
|
3.2. |
Jekk l-ANK jkollha l-ħsieb li toħroġ stqarrija pubblika li tikkonferma l-avveniment ta’ ħsara mas-sistema kollha fit-tifsira tal-Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandha tikkoordina dan mal-BĊE qabel ma tippubblika dikjarazzjoni bħal dik. |
IV.
Skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali
1. Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis ta’ investimenti f’istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-iskemi ta’ protezzjoni istituzzjonali
1.1. |
Fejn isiru applikazzjonijiet għall-permess biex ma jitnaqqsux investimenti minn strumenti ta’ fondi proprji, l-ANK għandhom jużaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II, Kapitolu 4, paragrafu 4 tal-Gwida BĊE għall-valutazzjoni jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġux issodisfatti. |
1.2. |
ANK tista’ tippermetti li skema ta’ protezzjoni istituzzjonali tissottometti applikazzjoni għall-permess skont l-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’isem l-istituzzjonijiet inqas sinifikanti kollha li huma membri tal-iskema. F’dak il-każ, l-ANK tista’ toħroġ deċiżjoni li tagħti l-permess skont l-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li japplika għall-istituzzjonijiet inqas sinifikanti kollha elenkati fl-applikazzjoni. |
V.
Likwidità
1. Artikolu 420(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: flussi ‘l barra ta’ likwidità
1.1. |
B’mod konsistenti mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2016/445, l-ANK għandhom jiddeterminaw rata ta’ fluss ‘il barra ta’ 5 % għal partiti barra mill-karta tal-bilanċ tal-finanzjament tan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Anness I tiegħu, biex tintuża mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-valutazzjoni tal-flussi ‘l barra tal-likwidità. ANK għandha tirrikjedi minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrapportawlha l-flussi ‘l barra korrispondenti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (7). |
1.2. |
B’deroga mill-paragrafu 1.1, ANK tista’ tiddetermina r-rata ta’ fluss ‘il barra ta’ inqas minn 5 % fuq il-bażi ta’ evidenza statistika għall-istituzzjonijiet inqas sinifikanti stabbiliti fl-Istat Membri kkonċernati. |
VI.
Superviżjoni prudenzjali
1. Artikolu 76(3) tad-Direttiva 2013/36/UE: kombinament tal-kumitat ta’ riskju u l-kumitat ta’ verifika
1.1. |
Fir-rigward tal-istituzzjonijiet inqas sinifikanti (inklużi istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma sussidjarji tal-grupp) li ma humiex ikkunsidrati sinifikanti fit-tifsira tal-Artikolu 76(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-ANK għandhom jeżerċitaw l-opzjoni li jippermettu l-kombinament tal-kumitati ta’ riskju u ta’ verifika. |
1.2. |
ANK għandhom jagħmlu valutazzjoni tas-sinifikat fit-tifsira tal-Artikolu 76(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, f’termini ta’ daqs, organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu, skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ valutazzjoni stabbiliti fit-Taqsima II, Kapitolu 11, paragrafu 3 tal-Gwida BĊE. |
1.3. |
Jekk il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2013/36/UE diġà tipprovdi għal kriterji li ma jkunux l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II, Kapitolu 11, paragrafu 3 tal-Gwida BĊE, l-ANK għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fid-dritt nazzjonali. |
2. Artikolu 115(2) tad-Direttiva 2013/36/UE: ftehim bilaterali dwar is-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri mhux parteċipanti
2.1. |
Minħabba l-kompetenza tal-BĊE għall-awtorizzazzjoni inizjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-MSU u l-kompetenza tal-ANK għas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjoni inqas sinifikanti, l-ANK għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bl-intenzjoni tagħhom li jiddelegaw ir-responsabbiltà tagħhom għas-superviżjoni diretta ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti lill-awtorità kompetenti li awtorizzat u tissorvelja l-impriża omm tal-istituzzjoni inqas sinifikanti, jew tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja awtorizzata fi Stat Membru ieħor. Il-BĊE bħala awtorità kompetenti responsabbli biex jawtorizza istituzzjonijiet ta’ kreditu se jikkoopera, flimkien mal-ANK rilevanti fit-twaqqif ta’ ftehim bilaterali għad-delega jew assunzjoni ta’ responsabbiltajiet superviżorji f’isem l-ANK responsabbli għas-superviżjoni kontinwa tal-omm jew sussidjarja fl-Istati Membri parteċipanti. |
2.2. |
Il-paragrafu 2.1 japplika fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
PARTI TLIETA
OPZJONIJIET U DISKREZZJONIJIET EŻERĊITATI FUQ IL-BAŻI TA’ KAŻ B’KAŻ LI GĦALIHA GĦANDU JITTIEĦED APPROĊĊ KOMUNI FIR-RIGWARD TAL-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU KOLLHA
VII.
L-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet li għandhom jiġu eżerċitati fuq bażi ta’ każ b’każ li għalihom għandu jittieħed approċċ komuni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti jidhru fl-Anness. L-ANK għandhom jeżerċitaw dawn l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet fir-rigward ta’ istituzzjoni inqas sinifikanti skont it-tabell ta’ referenza li tidher fl-Anness.
PARTI ERBGĦA
DISPOŻIZZJONI FINALI
VIII.
Dispożizzjoni finali
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-BCNi tal-Istati Membri partecipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, ir-4 ta’ April 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2016 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4) (ĠU L 78, 24.3.2016, p. 60).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).
ANNESS
Bażi legali tal-opzjoni u/jew diskrezzjoni |
Approċċ irrakkomandat: konsistenza mal-politika fuq l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet għal istituzzjonijiet sinifikanti |
Superviżjoni konsolidata u eżenzjonijiet ta’ rekwiżiti prudenzjali |
|
Artikolu 7(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjonijiet kapitali |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjonijiet ta’ likwidità |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: metodu ta’ konsolidazzjoni individwali |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjonijiet għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali. |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: valutazzjoni tal-assi u partiti mhux fil-karta tal- bilanċ - użu ta’ Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju għal finijiet prudenzjali |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
Fondi proprji |
|
Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis fl-investimenti tal-assigurazzjoni |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis fl-investimenti tal-entitajiet tas-settur finanzjarju |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 78(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis tal-fondi proprji – rekwiżit tal-marġni tal-kapital eċċessiv |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis tal-fondi proprji – mutwali, tifdil u kooperattivi |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjoni għal Strumenti addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2 maħruġa minn entità ta’ għan speċjali |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 84(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: interessi minoritarji inklużi fil-kapital kkonsolidat tal Ekwità Komuni tal-Grad 1 |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
Rekwiżiti ta’ kapital |
|
Artikolu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu ta’ ammonti ta’ skopertura ta’ riskju peżat – skoperturi intragrupp |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 162(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: maturità tal-iskoperturi |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 225(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: stima proprja tal-aġġustamenti tal-volatilità |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 243(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: trasferiment tar-riskju sinifikanti |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 283(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: implimentazzjoni tal-Metodu tal-Mudell Intern |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 284(4) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tal-valur ta’ skopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 311(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: riskju tas-suq (skoperturi għal kontropartijiet ċentrali) |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 11 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 366(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tan-numru tal-valur fis-risku |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 12 tal-Gwida BĊE |
Skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali |
|
Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjonijiet ta’ likwidità għal membri ta’ skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali |
Taqsima II, Kapitolu 4 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
Skoperturi kbar |
|
Artikolu 396(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konformità ma rekwiżiti ta’ skoperturi kbar |
Taqsima II, Kapitolu 5 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
Likwidità |
|
Artikolu 422(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61: flussi ‘l barra ta’ likwidità intragrupp |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 11 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 425(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: flussi ‘l ġewwa ta’ likwidità intragrupp |
Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 15 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 8(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: diversifikazzjoni ta’ investimenti ta’ assi liquidi |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 8(3)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: ġestjoni ta’ assi likwidi |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 8(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: diskrepanzi fil-muniti |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2015/61: telf impost fuq bonds koperti ta’ kwalità estremament għolja |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 24(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61; multiplikatur għal depożiti bl-imnut koperti minn skema ta’ garanzija tad-depożiti |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 25(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: rati ogħla ta’ fluss ‘il barra |
Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 26 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: flussi ‘l barra ma’ flussi ‘l ġewwa interdipendenti |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 30(2) of Regolament Delegat (UE) 2015/61: flussi ‘l barra kollaterali addizzjonali minn attivaturi ta’ downgrade |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 12 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: limitu fuq flussi ‘l ġewwa |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 13 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 33(3), (4) u (5) tar-Regolament (UE) 2015/61: istituzzjonijiet ta’ kreditu speċjalizzati |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 14 tal-Gwida BĊE |
Lieva finanzjarja |
|
Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: esklużjoni ta’ skoperturi intragrupp mill-kalkolu tal-proporzjon tal-lieva |
Taqsima II, Kapitolu 7 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
Rekwiżiti ġenerali għall-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2013/36/UE: eżenzjoni għal istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali |
Taqsima II, Kapitolu 9 paragrafu 1 tal-Gwida BĊE |
Arranġamenti ta’ governanza u superviżjoni prudenzjali |
|
Artikolu 88(1) tad-Direttiva 2013/36/UE: kombinament ta’ funzjonijiet ta’ president u CEO |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 91(6) tad-Direttiva 2013/36/UE: direttorat addizzjonali mhux eżekuttiv |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 108(1) tad-Direttiva 2013/36/UE: proċess ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE |
Artikolu 111(5) tad-Direttiva 2013/36/UE: superviżjoni ta’ kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta b’parti mill-grupp fi Stati Membri mhux parteċipanti |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
Ara l-Artikoli 117 u 118 tad-Direttiva 2013/36/UE: obbligazzjonijiet ta’ kooperazzjoni |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
L-Artikolu 142 tad-Direttiva 2013/36/UE: pjanijiet ta’ konservazzjoni kapitali |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 13 tal-Gwida BĊE |