EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0010

Deċiżjoni (UE) 2019/685 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' April 2019 fuq l-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2019 (BĊE/2019/10)

OJ L 115, 2.5.2019, p. 16–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/685/oj

2.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/16


DEĊIŻJONI (UE) 2019/685 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' April 2019

fuq l-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2019 (BĊE/2019/10)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jinġabru skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom ikopru, imma mhux jaqbżu, in-nefqa magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu fil-perijodu tariffarju rilevanti. Din in-nefqa tikkonsisti fi spejjeż relatati direttament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju s-superviżjoni ta' entitajiet sinifikanti, is-sorveljanza tas-superviżjoni ta' entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta' kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Tinkludi wkoll spejjeż relatati indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju servizzi pprovduti mill-oqsma ta' appoġġ tan-negozju tal-BĊE, inklużi binjiet, ġestjoni tar-riżorsi umani, servizzi amministrattivi, servizzi tal-ibbaġitjar u l-kontroll, kontabilità, legali, servizzi ta' komunikazzjoni u traduzzjoni, awditu intern, u servizzi tal-istatistika u tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

(2)

Sabiex jiġu kkalkulati d-drittijiet superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, u entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-ispejjeż totali għandhom jinqasmu fuq il-bażi tan-nefqa allokata lill-funzjonijiet rilevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u tal-gruppi sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinjifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni.

(3)

L-ammont totali tat-tariffa superviżorja annwali għal 2019 għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma ta': (a) l-ispejjeż annwali stmati ta' kompiti superviżorji għall-2019, ibbażati fuq il-baġit tal-BĊE approvat għall-2019, wara li jittieħed inkunsiderazzjoni kull żvilupp fl-ispejjeż annwali stmati li jsiru mill-BĊE li kienu magħrufa fiż-żmien meta din id-Deċiżjoni ġiet adottata; u (b) l-bilanċ pożittiv jew tal-iżbilanċ mill-2018.

(4)

Il-bilanċ pożittiv jew l-iżbilanċ għandu jiġi ddeterminat billi jitnaqqsu l-ispejjeż annwali attwali tal-kompiti superviżorji li saru fl-2018, kif rifless fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2018 (3), mill-ispejjeż annwali stmati miġburin għall-2018, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2018/667 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/12) (4).

(5)

Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), l-ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma kinux għall-ġbir, ħlasijiet ta' imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 u ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament, jekk hemm, għandhom jittieħdu inkunsidrazzjoni wkoll fl-ispejjeż annwali stmati tal-kompiti superviżorji għall-2019.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).

Artikolu 2

L-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2019

1.   L-ammont totali ta' drititjiet superviżorji annwali għall-2019 għandu jkun ta' EUR 576 020 336, ikkalkulati kif jidher fl-Anness I.

2.   Kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali li ġej:

(a)

entitajiet sinjifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 524 196 987;

(b)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 51 823 349.

Il-mod kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2019 li għandhom jitħallsu fir-rigward ta' kull kategorija huwa muri fl-Anness II.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' April 2019.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.

(3)  Ippubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE li jinsab f'www.ecb.europa.eu fi Frar 2019.

(4)  Deċiżjoni (UE) 2018/667 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 (BĊE/2018/12) (ĠU L 111, 2.5.2018, p. 3).

(5)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).


ANNESS I

Kalkolu tal-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2019

(EUR)

Spejjeż annwali stmati għall-2019

559 007 136

Salarji u benefiċċji

264 525 116

Kera u manutenzjoni tal-bini

58 866 157

Infiq ieħor operattiv

235 615 863

Bilanċ pożittiv/Żbilanċ mill-2018

15 332 187

Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41)

1 681 013

Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru

0

Ħlasijiet ta' imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq

– 9 626

Ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq

1 690 639

TOTAL

576 020 336


ANNESS II

Kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2019

(EUR)

 

Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni

Entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni

Total

Spejjeż annwali stmati għall-2019

508 696 494

50 310 642

559 007 136

Bilanċ pożittiv/Żbilanċ mill-2018

13 952 290

1 379 897

15 332 187

Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41)

1 548 203

132 810

1 681 013

Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru

0

0

0

Ħlasijiet ta' imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq

– 7 918

– 1 708

– 9 626

Ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq

1 556 121

134 518

1 690 639

TOTAL

524 196 987

51 823 349

576 020 336


Top