EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0012
Decision (EU) 2018/667 of the European Central Bank of 19 April 2018 on the total amount of annual supervisory fees for 2018 (ECB/2018/12)
Deċiżjoni (UE) 2018/667 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2018 fuq l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 (BĊE/2018/12)
Deċiżjoni (UE) 2018/667 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2018 fuq l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 (BĊE/2018/12)
OJ L 111, 2.5.2018, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/3 |
DEĊIŻJONI (UE) 2018/667 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta' April 2018
fuq l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 (BĊE/2018/12)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jinġabru skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom ikopru, imma mhux jaqbżu, in-nefqa magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu fil-perijodu tariffarju rilevanti. Din in-nefqa tikkonsisti primarjament fi spejjeż relatati direttament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju s-superviżjoni ta' entitajiet sinifikanti, is-superviżjoni ta' entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta' kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Tinkludi wkoll spejjeż relatati indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju servizzi pprovduti mill-oqsma ta' appoġġ tan-negozju tal-BĊE, inklużi postijiet ta' negozju, ġestjoni tar-riżorsi umani, servizzi amministrattivi, servizzi tal-ibbaġitjar u l-kontroll, tal-kontabilità, legali, tal-komunikazzjoni u tat-traduzzjoni, awditu intern, u servizzi tal-istatistika u tat-teknoloġija tal-informazzjoni. |
(2) |
Sabiex jiġu kkalkulati t-tariffi superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, kif ukoll entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-ispejjeż totali għandhom jinqasmu fuq il-bażi tan-nefqa allokata lill-funzjonijiet rilevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi sinifikanti taħt superviżjoni kif ukoll is-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni. |
(3) |
L-ammont totali tat-tariffa superviżorja annwali għall-2018 għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta': (a) l-ispejjeż annwali stmati ta' kompiti superviżorji għall-2018, ibbażati fuq il-baġit tal-BĊE approvat għall-2018, wara li jittieħed inkunsiderazzjoni kull żvilupp fl-ispejjeż annwali stmati li jsiru mill-BĊE li kienu magħrufa fiż-żmien meta din id-Deċiżjoni ġiet adottata; u (b) il-bilanċ pożittiv jew tal-iżbilanċ mill-2017. |
(4) |
Il-bilanċ pożittiv jew l-iżbilanċ għandu jiġi ddeterminat billi jitnaqqsu l-ispejjeż annwali attwali tal-kompiti superviżorji li saru fl-2017, kif rifless fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2017 (3), mill-ispejjeż annwali stmati miġburin għall-2017, kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2017/760 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/11) (4). |
(5) |
Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), l-ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma kinux għall-ġbir, ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 u ċerti ammonti oħrajn irċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament, jekk hemm, għandhom jittieħdu inkunsidrazzjoni wkoll fl-ispejjeż annwali stmati tal-kompiti superviżorji għall-2018. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).
Artikolu 2
L-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018
1. L-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 għandu jkun ta' EUR 474 785 269, ikkalkulat kif jidher fl-Anness I.
2. Kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali li ġejjin:
(a) |
entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 428 485 342; |
(b) |
entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 46 299 927. |
Il-mod kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 li għandhom jitħallsu fir-rigward ta' kull kategorija huwa muri fl-Anness II.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta' April 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.
(3) Ippubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE li jinsab fuq www.ecb.europa.eu fi Frar 2018.
(4) Id-Deċiżjoni (UE) 2017/760 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' April 2017 dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017 (BĊE/2017/11) (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 52).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
ANNESS I
Kalkolu tal-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018
(EUR) |
|
Spejjeż annwali stmati għall-2018 |
502 467 814 |
Salarji u benefiċċji |
247 584 306 |
Kera u manutenzjoni |
53 932 669 |
Infiq ieħor operattiv |
200 950 839 |
Bilanċ pożittiv/Defiċit mill-2017 |
– 27 930 375 |
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
247 830 |
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru; |
0 |
Ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
– 7 079 |
Ammonti rċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
254 909 |
TOTAL |
474 785 269 |
ANNESS II
Kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018
(EUR) |
|||
|
Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni |
Entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni |
Total |
Spejjeż annwali stmati għall-2018 |
458 594 063 |
43 873 751 |
502 467 814 |
Bilanċ pożittiv/Defiċit mill-2017 |
– 30 206 780 |
– 2 276 405 |
– 27 930 375 |
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
98 059 |
149 771 |
247 830 |
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru; |
0 |
0 |
0 |
Ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
– 3 859 |
– 3 220 |
– 7 079 |
Ammonti rċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
101 918 |
152 991 |
254 909 |
TOTAL |
428 485 342 |
46 299 927 |
474 785 269 |