EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02017D0016-20180216

Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2017/936 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 23 ta' Mejju 2017 li tinnomina kapijiet ta' unità ta' xogħol biex jadottaw deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità (BĊE/2017/16)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/936/2018-02-16

02017D0016 — MT — 16.02.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2017/936 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta' Mejju 2017

li tinnomina kapijiet ta' unità ta' xogħol biex jadottaw deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità (BĊE/2017/16)

(ĠU L 141 1.6.2017, p. 26)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2018/228 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-13 ta' Frar 2018

  L 43

18

16.2.2018




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2017/936 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta' Mejju 2017

li tinnomina kapijiet ta' unità ta' xogħol biex jadottaw deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità (BĊE/2017/16)



▼M1

Artikolu 1

Deċiżjonijiet iddelegati ta' kompetenza u idoneità

Deċiżjonijiet iddelegati skont l-Artikoluu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/935 (BĊE/2016/42) huma adottati mid-Direttur Ġenerali jew id-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Segretarjat tal-Bord Superviżorju.responsabbli għal deċiżjonijiet ta' kompetenza u idoneità, jew jekk huma mhumiex disponibbli, mill-Kap tad-Diviżjoni għall-Awtorizzazzjoni, u minn wieħed mill-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li ġejjin:

(a) id-Direttur Ġenerali tad-Superviżjoni Mikroprudenzjali I, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali I;

(b) id-Direttur Ġenerali tad-Superviżjoni Mikroprudenzjali II, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali II; jew

(c) jekk Direttur Ġenerali ma jkunx disponibbli, id-Deputat Direttur Ġenerali tagħhom.

▼B

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Top