EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014D0029(01)-20170822
Decision of the European Central Bank of 2 July 2014 on the provision to the European Central Bank of supervisory data reported to the national competent authorities by the supervised entities pursuant to Commission Implementing Regulations (EU) No 680/2014 and (EU) 2016/2070 (ECB/2014/29) (2014/477/EU)
Consolidated text: Deċiżjoni tal Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta' Lulju 2014 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 u (UE) 2016/2070 (BĊE/2014/29) (2014/477/UE)
Deċiżjoni tal Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta' Lulju 2014 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 u (UE) 2016/2070 (BĊE/2014/29) (2014/477/UE)
02014D0029(01) — MT — 22.08.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta' Lulju 2014 (ĠU L 214 19.7.2014, p. 34) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2017/1493 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-3 ta' Awwissu 2017 |
L 216 |
23 |
22.8.2017 |
DEĊIŻJONI TAL BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta' Lulju 2014
dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 u (UE) 2016/2070 (BĊE/2014/29) (2014/477/UE)
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Qafas tal-MSU, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-proċeduri li jikkonċernaw is-sottomissjoni lill-BĊE ta' dejta rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni fuq il-bażi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014, u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 ( 1 ).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament Qafas tal-MSU.
Artikolu 3
Dati ta' spedizzjoni
(1) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 1 u rrapportata lilhom mill-entitajiet taħt superviżjoni fid-dati ta' spedizzjoni li ġejjin:
(1) sa nofsinhar Ħin Ewropew Ċentrali (CET) ( 2 ) fl-10 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni rilevanti msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 dwar:
(a) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti;
(b) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni;
(c) entitajiet taħt superviżjoni li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont il-kriterju tat-tliet istituzzjonijiet ta' kreditu l-iktar sinifikanti fl-Istat Membru tagħhom u li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata;
(d) entitajiet taħt superviżjoni oħra li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata, li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rappurtar lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2015/130 tal-Awtorità Bankarja Ewropea ( 3 ) u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2016/156 tal-Awtorità Bankarja Ewropea ( 4 );
(2) sa għeluq il-ħin tax-xogħol fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni rilevanti msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 dwar:
(a) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);
(b) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni li jirrapporta fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);
(c) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu (1);
(d) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li ma jkunux parti minn grupp taħt superviżjoni sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);
(4) sa għeluq il-ħin tax-xogħol tal-35 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni rilevanti msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 dwar:
(a) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punti (1) u (2);
(b) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni li jirrapporta fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1).
(2) B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 fid-dati ta' spedizzjoni li ġejjin:
(1) sa nofsinhar CET fl-għaxar jum tax-xogħol wara l-11 ta' Novembru ta' kull sena kalendarja fir-rigward ta':
(a) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti;
(b) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni;
(c) entitajiet taħt superviżjoni li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont il-kriterju tat-tliet istituzzjonijiet ta' kreditu l-iktar sinifikanti fl-Istat Membru tagħhom u li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata;
(d) entitajiet taħt superviżjoni oħra li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata, li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rapportar lill-ABE skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2016/156;
(2) sa għeluq il-ħin tax-xogħol tal-25 jum tax-xogħol wara l-11 ta' Novembru ta' kull sena kalendarja fir-rigward ta':
(a) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);
(b) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni li jirrapporta fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);
(c) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu (1);
(d) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);
(3) sa għeluq il-ħin tax-xogħol tal-35 jum tax-xogħol wara l-11 ta' Novembru ta' kull sena kalendarja fir-rigward ta':
(a) gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1) u (2);
(b) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1).
Artikolu 4
Kontrolli tal-kwalità tad-dejta
(1) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw il-kwalità u l-affidabbiltà tad-dejta li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom japplikaw ir-regoli ta' validazzjoni relevanti żviluppati, miżmuma u ppubblikati mill-ABE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom japplikaw ukoll il-verifiki addizzjonali tal-kwalità tad-dejta ddefiniti mill-BĊE b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
(2) Minbarra l-konformità mar-regoli ta' validazzjoni u l-kontrolli tal-kwalità, id-dejta għandha tiġi ppreżentata skont l-istandards minimi addizzjonali li ġejjin għall-finijiet ta' preċiżjoni:
(a) l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu informazzjoni, jekk applikabbli, dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta ppreżentata; u
(b) l-informazzjoni għandha tkun kompluta: il-lakuni eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊE u, jekk applikabbli, għandhom jiġu solvuti mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 5
Informazzjoni kwalitattiva
(1) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed l-ispjegazzjonijiet korrispondenti f'każ li l-kwalità tad-dejta għal tabella partikolari fit-tassonomija ma tkunx iġġustifikata.
(2) Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-BĊE r-raġunijiet għal kull reviżjoni sinifikanti ppreżentata.
Artikolu 6
Speċifikazzjoni tal-format tat-trażmissjoni
(1) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta speċifikata f'din id-Deċiżjoni skont il-Mudell tal-Punt tad-Dejta u t-tassonomija tal-eXtensible Business Reporting Language rilevanti, żviluppata, miżmuma u ppubblikata mill-ABE.
(2) L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jiġu identifikati fit-trażmissjoni korrispondenti bl-użu tal-(pre-) Legal Entity Identifier.
Artikolu 7
L-ewwel dati ta' referenza għar-rapportar
(1) L-ewwel dati ta' referenza għar-rapportar deskritti fl-Artikolu 3(1) għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Artikolu 8.8.1 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090.
(2) L-ewwel data ta' referenza għar-rapportar deskritt fl-Artikolu 3(2), (3) u (4) għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2014.
Artikolu 7a
L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2017/23)
(1) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta rrapportata lilhom skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 skont id-Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/23) ( 5 ) li tibda bl-ewwel dati ta' spedizzjoni li jseħħu wara li dik id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.
(2) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta rrapportata lilhom skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 minn istituzzjonijiet inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rappurtar lill-ABE bis-saħħa tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2016/156 skont l-Artikolu 3(1)(1)(d) billi jibdew bl-ewwel dati ta' spedizzjoni li jseħħu wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1493 (BĊE/2017/23).
Artikolu 8
Dispożizzjoni tranżitorja
(1) Għad-data ta' referenza għar-rapportar fl-2014, id-dati ta' spedizzjoni għar-rapportar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deskritti fl-Artikolu 3(1) għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Artikolu 8.8.2 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090.
(2) Mid-data ta' referenza għar-rapportar tal-31 ta' Diċembru 2014 sad-data ta' referenza għar-rapportar tal-31 ta' Diċembru 2015, id-dati ta' spedizzjoni għar-rapportar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deskritti fl-Artikolu 3(3) għandhom ikunu l-ħin tal-għeluq tan-negozju tat-30 jum tax-xogħol wara l-jum meta l-entitajiet taħt superviżjoni jkunu ssottomettew dejta lill-awtorità nazzjonali kompetenti.
(3) Qabel l-4 ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 1 fir-rigward ta':
(a) gruppi taħt superviżjoni u entitajiet taħt superviżjoni li jkunu soġġetti għall-valutazzjoni komprensiva skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/3 ( 6 );
(b) gruppi oħrajn taħt superviżjoni u entitajiet taħt superviżjoni stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti meta jkunu inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rapportar lill-ABE b'mod konformi mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090.
Artikolu 9
Destinatarji
Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri partecipanti.
( 1 ) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 tal-14 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għal mudelli, definizzjonijiet u soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jintu#aw mill-istituzzjonijiet meta jirrapportaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lill-awtoritajiet kompetenti skont fl-Artikolu 78(2) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 2.12.2016, p. 1).
( 2 ) Is-CET iqis il-bidla għall-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali (Central European Summer Time).
( 3 ) Deċiżjoni ABE/DC/2015/130 tal-Awtorità Bankarja Ewropea tat-23 ta' Settembru 2015 dwar rapportar mill-awtoritajiet kompetenti lill-ABE. Jinsab fis-sit elettroniku tal-ABE fuq www.eba.europa.eu
( 4 ) Deċiżjoni EBA/DC/2016/156 tal-Awtorità Bankarja Ewropea tal-31 ta' Mejju 2016 dwar dejta fuq il-kriterji ta' referenza superviżorji. Jinsab fuq is-sit elettroniku tal-ABE fuq www.eba.europa.eu
( 5 ) Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/29 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapporata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (BĊE/2017/23) (ĠU L 216, 22.8.2017, p. 23).
( 6 ) Deċiżjoni BĊE/2014/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Frar 2014 li tidentifika l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma soġġetti għall-valutazzjoni komprensiva (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 107).