EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0011(01)

Deċiżjoni (UE) 2018/547 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Marzu 2018 li tinnomina kapitajiet ta' unitajiet ta' xogħol għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet fuq fondi proprji (BĊE/2018/11)

OJ L 90, 6.4.2018, p. 110–111 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2020; Imħassar b' 32020D1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/547/oj

6.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/110


DEĊIŻJONI (UE) 2018/547 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta' Marzu 2018

li tinnomina kapitajiet ta' unitajiet ta' xogħol għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet fuq fondi proprji (BĊE/2018/11)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma' kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2018/546 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar id-delega tas-setgħa biex jadottaw deċiżjonijiet dwar fondi proprji (BĊE/2018/10) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Ġiet stabbilita proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati speċifiċi biex tindirizza n-numru konsiderevoli ta' deċiżjonijiet illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irid jadotta għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu.

(2)

Deċiżjoni ta' delega hija effettiva mal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv li tinnomina kap ta' unità tax-xogħol jew aktar biex jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' dik id-deċiżjoni ta' delega.

(3)

L-importanza tad-deċiżjoni ta' delega u n-numru ta' indirizzati li lilhom iridu jintbagħtu d-deċiżjonijiet iddelegati għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord Eżekuttiv fin-nomina ta' kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol.

(4)

Il-President tal-Bord Superviżorju ġie kkonsultat dwar il-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li lilhom għandha tiġi ddelegata s-setgħa biex jadottaw deċiżjoni dwar fondi proprji.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Deċiżjonijiet iddelegati dwar fondi proprji

Deċiżjonijiet iddelegati skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2018/546 (BĊE/2018/10) jiġu adottati minn wieħed mill-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li ġejjin:

(a)

id-Direttur Ġenerali tad-Superviżjoni Mikroprudenzjali I, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali I;

(b)

id-Direttur Ġenerali tad-Superviżjoni Mikroprudenzjali II, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali II; jew

(c)

jekk Direttur Ġenerali ma jkunx disponibbli, id-Deputat Direttur Ġenerali tagħhom.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta' Marzu 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 141, 1.6.2017, p. 14.

(2)  Ara paġna 105 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.


Top