Rekwiżit Pilastru 2

Ir-Rekwiżit Pilastru 2 (P2R) hu rekwiżit tal-kapital li japplika flimkien ma’, u jkopri r-riskji li jkunu sottovalutati jew li ma jkunux koperti mir-rekwiżit minimu tal-kapital (magħruf bħala Pilastru 1). Il-P2Rs huma vinkolanti u l-ksur tagħhom jista’ jkollu konsegwenzi legali diretti għall-banek. Il-P2R jiġi determinat permezz tal-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni (SREP). Id-domanda tal-kapital li tirriżulta mis-SREP tinkludi wkoll il-Gwida Pilastru 2 (P2G), li tindika lill-banek il-livell adegwat ta’ kapital li għandu jinżamm biex jipprovdi bafer suffiċjenti biex jirreżisti sitwazzjonijiet stressati. B’differenza mill-P2R, il-P2G mhuwiex legalment vinkolanti.

Ir-Regolament il-ġdid dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital għandu l-għan li jsaħħaħ id-dixxiplina tas-suq u li jiżgura li l-investituri u d-depożitanti jkunu informati sew dwar il-pożizzjonijiet tal-kapital tal-istituzzjonijiet. F’dan il-kuntest, skont l-Artikoli 431(1), 433a(1) u 438(b) kif introdotti mis-CRR II, l-istituzzjonijiet il-kbar (kif definiti fl-Artikolu 4(1)(146) CRR (kif emendat bis-CRR II)) għandhom jippubblikaw ir-Rekwiżiti Pilastru 2 tagħhom kull sena.

Il-BĊE rrakkomanda li l-istituzzjonijiet sinifikanti għandhom jikkunsidraw il-pubblikazzjoni tal-ammont ta’ fondi proprji addizzjonali u l-kompożizzjoni ta’ dawn il-fondi bħala parti mill-prattika tagħhom fir-rigward tal-pubblikazzjoni. Il-BĊE kkomunika wkoll l-intenzjoni tiegħu li jippubblika l-P2Rs konsolidati ta’ kull bank jew grupp bankarju, u stieden lill-banek li ma ppubblikawx diġà l-P2Rs tagħhom biex japprovaw il-pubblikazzjoni tagħhom mill-BĊE.

It-tabella hawn taħt telenka l-ismijiet tal-istituzzjonijiet sinifikanti[1] flimkien mal-P2Rs tagħhom (100% CET1 addizzjonali) determinati tul iċ-ċiklu tal-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni 2019, biex ikunu applikabbli minn Q1 2020. L-istituzzjonijiet sinifikanti elenkati, jew diġà ppubblikaw il-P2Rs tagħhom, jew m’għamlux dan iżda taw il-kunsens tagħhom lill-BĊE biex jippubblikahom hu.

It-tabella ġiet aġġornata fit-30 ta’ Jannar 2020.

Riżultati P2R

 
Isem tal-istituzzjoni
2019 P2R CET1 komplut
applikabbli fl-2020
Aareal Bank AG 2.25%
AB SEB bankas 2.00%
ABANCA Corporación Bancaria S.A. 1.75%
Abanka d.d. 3.50%
ABN AMRO Bank N.V. 2.00%
AIB Group plc 3.00%
Alpha Bank AE 3.00%
AS "SEB banka" 2.25%
AS SEB Pank 2.25%
AS Swedbank 1.70%
AXA Bank Belgium SA 2.75%
BANCA MONTE DEI PASCHI DI SIENA S.p.A. 3.00%
Banca Popolare di Sondrio, Societá Cooperativa per Azioni 3.00%
Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A. 1.50%
Banco BPM S.p.A. 2.25%
Banco Comercial Portugués, SA 2.25%
Banco de Crédito Social Cooperativo, S.A. 2.50%
Banco de Sabadell, S.A. 2.25%
Banco Santander, S.A. 1.50%
Bank of America Merrill Lynch International Designated Activity Company 2.30%
Bank of Cyprus Holdings Public Limited Company 3.00%
Bank of Ireland Group plc 2.25%
Bank of Valletta plc 3.25%
Bankinter, S.A. 1.20%
Banque Degroof Petercam SA 3.00%
Banque et Caisse d'Epargne de l'Etat, Luxembourg 1.00%
Banque Internationale á Luxembourg S.A. 1.75%
Barclays Bank Ireland PLC 3% + Max (0.3% jew € 100 M)
BAWAG Group AG 2.00%
Bayerische Landesbank 2.00%
Belfius Bank NV 2.00%
BFA Tenedora de Acciones S.A.U. 2.00%
Biser Topco S.à.r.l. 3.00%
BNG Bank N.V. 2.25%
BNP Paribas S.A. 1.25%
BPCE S.A. 1.75%
BPER Banca S.p.A. 2.00%
Bpifrance S.A. (Banque Publique d'Investissement) 1.50%
C.R.H. - Caisse de Refinancement de l'Habitat 0.75%
Caixa Geral de Depósitos, SA 2.25%
CaixaBank, S.A. 1.50%
Cassa Centrale Banca - Credito Cooperativo Italiano S.p.A. 2.25%
Citibank Holdings Ireland Limited 2.70%
COMMERZBANK Aktiengesellschaft 2.00%
Confédération Nationale du Crédit Mutuel 1.75%
Coöperatieve Rabobank U.A. 1.75%
Crédit Agricole S.A. 1.50%
Credito Emiliano Holding S.p.A. 1.00%
de Volksbank N.V. 2.50%
DekaBank Deutsche Girozentrale 1.50%
Deutsche Apotheker- und Ärztebank eG 1.25%
Deutsche Bank AG 2.50%
Deutsche Pfandbriefbank AG 2.50%
Dexia SA 3.25%
DZ BANK AG Deutsche Zentral-Genossenschaftsbank 1.75%
Erste Group Bank AG 1.75%
Eurobank Ergasias S.A. 3.00%
Hamburg Commercial Bank AG 2.75%
HASPA Finanzholding 1.00%
Hellenic Bank Public Company Limited 3.20%
HSBC Bank Malta p.l.c. 2.25%
HSBC France 3.00%
Ibercaja Banco, S.A. 2.00%
Iccrea Banca S.p.A. - Istituto Centrale del Credito Cooperativo 2.50%
ING Groep N.V. 1.75%
Intesa Sanpaolo S.p.A. 1.50%
Investeringsmaatschappij Argenta NV 1.75%
J.P. Morgan Bank Luxembourg S.A. 2.25%
KBC Group NV 1.75%
KBL European Private Bankers S.A. 2.00%
Kuntarahoitus Oyj 2.25%
Kutxabank, S.A. 1.20%
La Banque Postale 2.00%
Landesbank Baden-Württemberg 1.75%
Landesbank Berlin AG 1.50%
Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale 1.75%
Liberbank, S.A. 2.50%
LSF Nani Investments S.à.r.l. 3.00%
Luminor Bank AS 2.00%
MDB Group Limited 3.00%
Mediobanca - Banca di Credito Finanziario S.p.A. 1.25%
Münchener Hypothekenbank eG 1.50%
National Bank of Greece S.A. 3.00%
Nederlandse Waterschapsbank N.V. 2.25%
Nordea Bank Abp 1.75%
Nova Ljubljanska banka d.d. Ljubljana 2.75%
OP Osuuskunta 2.25%
Piraeus Bank S.A. 3.25%
Raiffeisen Bank International AG 2.25%
Raiffeisenbankengruppe OÖ Verbund eGen 1.75%
RBC Investor Services Bank S.A. 2.00%
RCB Bank LTD 3.50%
RCI Banque SA 2.00%
Sberbank Europe AG 3.25%
SFIL S.A. 0.75%
Slovenská sporitel'ňa, a.s. 1.50%
Société Générale S.A. 1.75%
State Street Europe Holdings Germany S.a.r.l. & Co. KG 2.00%
Swedbank AS 2.00%
Swedbank, AB 1.80%
Tatra banka, a.s. 1.50%
The Bank of New York Mellon SA 2.00%
Ulster Bank Ireland Designated Activity Company 3.50%
Unicaja Banco, S.A. 1.75%
UniCredit S.p.A. 1.75%
Unione di Banche Italiane Società per Azioni 2.25%
Volksbank Wien AG 2.50%
Volkswagen Bank GmbH 2.00%
Všeobecná úverová banka, a.s 1.50%
[1]Mill-1 ta’ Diċembru 2019, l-MSU qed jagħmel is-superviżjoni ta’ 117-il istituzzjoni sinifikanri (SIs). Aktar dettalji fl-istqarrija għall-istampa: ECB will directly supervise 117 banks in 2020.
Minn dawn il-117, 8 SIs mhumiex inklużi fit-tabella P2R speċifika għall-banek (UBS Europe SE, J.P. Morgan AG, Morgan Stanley Europe Holding SE, Goldman Sachs Bank Europe SE, Akcinė bendrovė Šiaulių bankas, AS “PNB Banka”, Banca Carige S.p.A. - Cassa di Risparmio di Genova e Imperia, Norddeutsche Landesbank –Girozentrale) għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin: i) iddikjarata bħala istituzzjoni sinifikanti tard fl-2019/bidu tal-2020, għalhekk ma saret ebda deċiżjoni SREP 2019, jew ii) deċiżjoni SREP 2019 aktar tard fl-2020.