Ir-Rekwiżit Pilastru 2 (P2R) hu rekwiżit tal-kapital li japplika flimkien ma’, u jkopri r-riskji li jkunu sottovalutati jew li ma jkunux koperti mir-rekwiżit minimu tal-kapital (magħruf bħala Pilastru 1). Il-P2Rs huma vinkolanti u l-ksur tagħhom jista’ jkollu konsegwenzi legali diretti għall-banek. Il-P2R jiġi determinat permezz tal-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni (SREP). Id-domanda tal-kapital li tirriżulta mis-SREP tinkludi wkoll il-Gwida Pilastru 2 (P2G), li tindika lill-banek il-livell adegwat ta’ kapital li għandu jinżamm biex jipprovdi bafer suffiċjenti biex jirreżisti sitwazzjonijiet stressati. B’differenza mill-P2R, il-P2G mhuwiex legalment vinkolanti.
Ir-Regolament il-ġdid dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital għandu l-għan li jsaħħaħ id-dixxiplina tas-suq u li jiżgura li l-investituri u d-depożitanti jkunu informati sew dwar il-pożizzjonijiet tal-kapital tal-istituzzjonijiet. F’dan il-kuntest, skont l-Artikoli 431(1), 433a(1) u 438(b) kif introdotti mis-CRR II, l-istituzzjonijiet il-kbar (kif definiti fl-Artikolu 4(1)(146) CRR (kif emendat bis-CRR II)) għandhom jippubblikaw ir-Rekwiżiti Pilastru 2 tagħhom kull sena.
Il-BĊE rrakkomanda li l-istituzzjonijiet sinifikanti għandhom jikkunsidraw il-pubblikazzjoni tal-ammont ta’ fondi proprji addizzjonali u l-kompożizzjoni ta’ dawn il-fondi bħala parti mill-prattika tagħhom fir-rigward tal-pubblikazzjoni. Il-BĊE kkomunika wkoll l-intenzjoni tiegħu li jippubblika l-P2Rs konsolidati ta’ kull bank jew grupp bankarju, u stieden lill-banek li ma ppubblikawx diġà l-P2Rs tagħhom biex japprovaw il-pubblikazzjoni tagħhom mill-BĊE.
It-tabella hawn taħt telenka l-ismijiet tal-istituzzjonijiet sinifikanti[1] flimkien mal-P2Rs tagħhom (100% CET1 addizzjonali) determinati tul iċ-ċiklu tal-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni 2019, biex ikunu applikabbli minn Q1 2020. L-istituzzjonijiet sinifikanti elenkati, jew diġà ppubblikaw il-P2Rs tagħhom, jew m’għamlux dan iżda taw il-kunsens tagħhom lill-BĊE biex jippubblikahom hu.
It-tabella ġiet aġġornata fit-30 ta’ Jannar 2020.
Isem tal-istituzzjoni |
2019 P2R CET1 komplut applikabbli fl-2020 |
---|---|
Aareal Bank AG | 2.25% |
AB SEB bankas | 2.00% |
ABANCA Corporación Bancaria S.A. | 1.75% |
Abanka d.d. | 3.50% |
ABN AMRO Bank N.V. | 2.00% |
AIB Group plc | 3.00% |
Alpha Bank AE | 3.00% |
AS "SEB banka" | 2.25% |
AS SEB Pank | 2.25% |
AS Swedbank | 1.70% |
AXA Bank Belgium SA | 2.75% |
BANCA MONTE DEI PASCHI DI SIENA S.p.A. | 3.00% |
Banca Popolare di Sondrio, Societá Cooperativa per Azioni | 3.00% |
Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A. | 1.50% |
Banco BPM S.p.A. | 2.25% |
Banco Comercial Portugués, SA | 2.25% |
Banco de Crédito Social Cooperativo, S.A. | 2.50% |
Banco de Sabadell, S.A. | 2.25% |
Banco Santander, S.A. | 1.50% |
Bank of America Merrill Lynch International Designated Activity Company | 2.30% |
Bank of Cyprus Holdings Public Limited Company | 3.00% |
Bank of Ireland Group plc | 2.25% |
Bank of Valletta plc | 3.25% |
Bankinter, S.A. | 1.20% |
Banque Degroof Petercam SA | 3.00% |
Banque et Caisse d'Epargne de l'Etat, Luxembourg | 1.00% |
Banque Internationale á Luxembourg S.A. | 1.75% |
Barclays Bank Ireland PLC | 3% + Max (0.3% jew € 100 M) |
BAWAG Group AG | 2.00% |
Bayerische Landesbank | 2.00% |
Belfius Bank NV | 2.00% |
BFA Tenedora de Acciones S.A.U. | 2.00% |
Biser Topco S.à.r.l. | 3.00% |
BNG Bank N.V. | 2.25% |
BNP Paribas S.A. | 1.25% |
BPCE S.A. | 1.75% |
BPER Banca S.p.A. | 2.00% |
Bpifrance S.A. (Banque Publique d'Investissement) | 1.50% |
C.R.H. - Caisse de Refinancement de l'Habitat | 0.75% |
Caixa Geral de Depósitos, SA | 2.25% |
CaixaBank, S.A. | 1.50% |
Cassa Centrale Banca - Credito Cooperativo Italiano S.p.A. | 2.25% |
Citibank Holdings Ireland Limited | 2.70% |
COMMERZBANK Aktiengesellschaft | 2.00% |
Confédération Nationale du Crédit Mutuel | 1.75% |
Coöperatieve Rabobank U.A. | 1.75% |
Crédit Agricole S.A. | 1.50% |
Credito Emiliano Holding S.p.A. | 1.00% |
de Volksbank N.V. | 2.50% |
DekaBank Deutsche Girozentrale | 1.50% |
Deutsche Apotheker- und Ärztebank eG | 1.25% |
Deutsche Bank AG | 2.50% |
Deutsche Pfandbriefbank AG | 2.50% |
Dexia SA | 3.25% |
DZ BANK AG Deutsche Zentral-Genossenschaftsbank | 1.75% |
Erste Group Bank AG | 1.75% |
Eurobank Ergasias S.A. | 3.00% |
Hamburg Commercial Bank AG | 2.75% |
HASPA Finanzholding | 1.00% |
Hellenic Bank Public Company Limited | 3.20% |
HSBC Bank Malta p.l.c. | 2.25% |
HSBC France | 3.00% |
Ibercaja Banco, S.A. | 2.00% |
Iccrea Banca S.p.A. - Istituto Centrale del Credito Cooperativo | 2.50% |
ING Groep N.V. | 1.75% |
Intesa Sanpaolo S.p.A. | 1.50% |
Investeringsmaatschappij Argenta NV | 1.75% |
J.P. Morgan Bank Luxembourg S.A. | 2.25% |
KBC Group NV | 1.75% |
KBL European Private Bankers S.A. | 2.00% |
Kuntarahoitus Oyj | 2.25% |
Kutxabank, S.A. | 1.20% |
La Banque Postale | 2.00% |
Landesbank Baden-Württemberg | 1.75% |
Landesbank Berlin AG | 1.50% |
Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale | 1.75% |
Liberbank, S.A. | 2.50% |
LSF Nani Investments S.à.r.l. | 3.00% |
Luminor Bank AS | 2.00% |
MDB Group Limited | 3.00% |
Mediobanca - Banca di Credito Finanziario S.p.A. | 1.25% |
Münchener Hypothekenbank eG | 1.50% |
National Bank of Greece S.A. | 3.00% |
Nederlandse Waterschapsbank N.V. | 2.25% |
Nordea Bank Abp | 1.75% |
Nova Ljubljanska banka d.d. Ljubljana | 2.75% |
OP Osuuskunta | 2.25% |
Piraeus Bank S.A. | 3.25% |
Raiffeisen Bank International AG | 2.25% |
Raiffeisenbankengruppe OÖ Verbund eGen | 1.75% |
RBC Investor Services Bank S.A. | 2.00% |
RCB Bank LTD | 3.50% |
RCI Banque SA | 2.00% |
Sberbank Europe AG | 3.25% |
SFIL S.A. | 0.75% |
Slovenská sporitel'ňa, a.s. | 1.50% |
Société Générale S.A. | 1.75% |
State Street Europe Holdings Germany S.a.r.l. & Co. KG | 2.00% |
Swedbank AS | 2.00% |
Swedbank, AB | 1.80% |
Tatra banka, a.s. | 1.50% |
The Bank of New York Mellon SA | 2.00% |
Ulster Bank Ireland Designated Activity Company | 3.50% |
Unicaja Banco, S.A. | 1.75% |
UniCredit S.p.A. | 1.75% |
Unione di Banche Italiane Società per Azioni | 2.25% |
Volksbank Wien AG | 2.50% |
Volkswagen Bank GmbH | 2.00% |
Všeobecná úverová banka, a.s | 1.50% |