Prijoritajiet superviżorji għall-2021

Fl-2021 is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE primarjament ser tiffoka l-isforzi superviżorji tagħha fuq erba’ oqsma ta’ prijorità affettwati materjalment mill-pandemija tal-koronavirus (COVID-19): ġestjoni tar-riskju tal-kreditu, saħħa kapitali, sostenibbiltà tal-mudell tan-negozju u governanza.

Se nwettqu wkoll attivitajiet strutturali ulterjuri li jħarsu lil hinn mill-impatt tal-pandemija fl-2021, partikolarment fir-rigward tal-allinjament tal-banek mal-aspettattivi stabbiliti fil-Gwida tal-BĊE dwar ir-riskji relatati mal-klima u ambjentali u t-tħejjija tagħhom għall-istadji finali tal-programm tal-implimentazzjoni ta’ Basel III. Skont kif ser tiżviluppa l-kriżi, attivitajiet superviżorji speċifiċi jistgħu jiġu aġġustati u mfassla skont il-profili tar-riskju speċifiċi tal-banek.

2021
Prijoritajiet superviżorji
2021
Prijoritajiet superviżorji